Menu
Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama
  • Home
  • Kategoriji
  • Videos
  • Midja soċjali
Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama

Danjel Kapitlu 9 – L-Ewwel Parti

Posted on by

Danjel jaf li Ġeremija kien ħabbar li l-Lhud se jdumu fl-eżilju għal 70 sena: “𝑗𝑖𝑒𝑛, 𝐷𝑎𝑛𝑗𝑒𝑙, 𝑓𝑖𝑡𝑡𝑖𝑥𝑡 𝑓𝑙-𝐼𝑠𝑘𝑟𝑖𝑡𝑡𝑢𝑟𝑎 𝑏𝑖𝑒𝑥 𝑖𝑛𝑘𝑢𝑛 𝑛𝑎𝑓 𝑖𝑛-𝑛𝑢𝑚𝑟𝑢 𝑡𝑎𝑠-𝑠𝑛𝑖𝑛 𝑙𝑖, 𝑠𝑘𝑜𝑛𝑡 𝑚𝑎 𝑞𝑎𝑙 𝑖𝑙-𝑀𝑢𝑙𝑒𝑗 𝑙𝑖𝑙𝑙-𝑝𝑟𝑜𝑓𝑒𝑡𝑎 𝐺̇𝑒𝑟𝑒𝑚𝑖𝑗𝑎, 𝑘𝑒𝑙𝑙ℎ𝑜𝑚 𝑗𝑔ħ𝑎𝑑𝑑𝑢 𝑓𝑢𝑞 𝑖𝑙-ħ𝑒𝑟𝑏𝑎 𝑡𝑎’ 𝐺̇𝑒𝑟𝑢𝑠𝑎𝑙𝑒𝑚𝑚, 𝑗𝑖𝑔̇𝑖𝑓𝑖𝑒𝑟𝑖, 𝑠𝑒𝑏𝑔ħ𝑖𝑛 𝑠𝑒𝑛𝑎” Dan 9:2 Irrejalizza li dan il-perjodu ta’ eżilju (li l-ewwel beda taħt l-imperu tal-Babilonja imbagħad dar…

+

Għalfejn eżilju ta’ 70 sena?

Posted on by

Fit-2 Kronaki 36:21 naqraw li l-Lhud tħallew fl-eżilju fil-Babilonja għal 70 sena sabiex l-art tingħata l-mistrieħ li ma ħaditx. Dan peress li għal 490 sena (mit-800 sena li kienu ilhom fl-art imwegħda), il-Lhud kienu njoraw il-kmand t’Alla li jgħid li l-art għandha tingħata mistrieħ kull 7 sena – ‘land sabbath’. Sena minn kull 7 snin,…

+

Eżilju Babiloniż ta’ 70 sena – kif imħabbar mill-profeta Ġeremija

Posted on by

Ġeremija kien ħabbar li l-Lhud se jdumu fl-eżilju għal 70 sena u wara jmorru lura lejn arthom: “𝐺ħ𝑎𝑥 𝑑𝑎𝑛 𝑗𝑔ħ𝑖𝑑 𝑖𝑙-𝑀𝑢𝑙𝑒𝑗: ‘𝑀𝑎𝑙𝑙𝑖 𝑗𝑔ħ𝑎𝑑𝑑𝑢 𝑠-𝒔𝒆𝒃𝒈ħ𝒊𝒏 𝒔𝒆𝒏𝒂 𝑚𝑖𝑛𝑛 𝑓𝑢𝑞 𝐵𝑎𝑏𝑖𝑙𝑜𝑛𝑗𝑎, 𝑗𝑖𝑒𝑛 𝑖𝑛𝑧̇𝑢𝑟𝑘𝑜𝑚 𝑢 𝑛𝑡𝑒𝑚𝑚 𝑖𝑙-𝑤𝑒𝑔ħ𝑑𝑎 𝑡-𝑡𝑎𝑗𝑏𝑎 𝑙𝑖 𝑟𝑟𝑒𝑔̇𝑔̇𝑎𝑔ħ𝑘𝑜𝑚 𝑙𝑢𝑟𝑎 𝑙𝑒𝑗𝑛 𝑑𝑎𝑛 𝑖𝑙-𝑝𝑜𝑠𝑡.” Ġeremija 29:10

+

Danjel Kapitlu 6

Posted on by

L-istorja ta’ Danjel u l-iljuni tgħallimna dwar fedeltà u fiduċja f’Alla, anke meta ffaċċjati minn persekuzzjoni u liġijiet tad-dinja. Bħal Danjel, il-qima tagħna għandha tkun biss lejn Alla.

+

Il-profeta Isaija jħabbar li l-Babilonja se tkun megħluba mill-Medi 200 sena qabel

Posted on by

L-Imperu Babilonjan kien l-aktar stat b’saħħtu fid-dinja tal-qedem f’madwar is-6 seklu QK. Pero’, profeti ħabbru l-waqgħa tal-Babilonja snin qabel dan seħħ. Apparti l-viżjoni ta’ Danjel (fejn ra 4 bhejjem ħerġin mill-ilma) u l-ħolma tar-re Nabukodonosor (dwar l-istatwa magħmula minn 4 materjali differenti), naqraw li anke Isaija u Ġeremija ħabbru dwar il-waqgħa tal-Babilonja: “𝑂𝑟𝑎𝑘𝑙𝑢 𝑓𝑢𝑞 𝐵𝑎𝑏𝑖𝑙𝑜𝑛𝑗𝑎….

+

Danjel Kapitlu 5 – Il-Babilonja megħluba

Posted on by

Danjel Kapitlu 5 jispiċċa bil-qtil tas-sultan Babiloniż Beltassar. Ir-rakkont dwar kif il-Medo-Persjani rebħu lill-Babilonja huwa wieħed ferm interessanti: Il-Babilonja kellha swar għoljin u massivi. Kittieba tal-qedem iddeskrivew swar li kienu twal 14-il mil fuq l-erba’ naħat tal-belt u li laħqu għoli ta’ aktar minn 300 pied. Iżda s-sur ma kienx l-unika forma ta’ difiża. Ix-xmara…

+

Danjel Kapitlu 5

Posted on by

Meta tfeġġ il-kitba fuq il-ħajt, waqt festin tas-sultan Babiloniż Beltassar, Danjel jissejjaħ biex jispjega dak li kien hemm miktub. Spjega li kien wasal it-tmiem tas-saltna tal-Babilonja, peress li meta ntiżnet fil-miżien, instabet nieqsa fil-piż (b’mod metaforiku). Dan il-lejl stess Is-sultan tal-Babilonja kien maqtul u s-saltna għaddiet għal għand il-Medi u l-Persjani, propju kif kien imħabbar…

+

Alessandru mpresjonat

Posted on by

Il-profeziji li jinstabu fil-Bibbja jkomplu juruna kemm il-Bibbja huwa verament ktieb ispirat, frott ta’ ħidma sopranaturali, u li ta min joqgħod fuqu. Josephus (kittieb storiku, imma mhux ispirat) jikteb li meta Alessandru l-Kbir (sultan Grieg) daħal Ġerusalemm, intlaqa’ mill-qassis il-kbir. Il-qassis il-kbir urieħ il-ktieb ta’ Danjel, fejn madwar 200 sena qabel kienet inkitbet il-profezija li…

+

Danjel Kapitlu 8

Posted on by

Fil-ktieb ta’ Danjel insibu diversi profeziji, fejn avvenimenti storiċi huma mħabbra b’preċiżjoni mijiet ta’ snin qabel dawn seħħu. Waħda minnhom hija dik misjuba f’ Kapitlu 8 tal-ktieb ta’ Danjel: Danjel jara muntun b’żewġ iqrun. L-anġlu Gabriel ifhiem lil Danjel li: “𝐼𝑧̇-𝑧̇𝑒𝑤𝑔̇𝑡 𝑖𝑞𝑟𝑢𝑛 𝑡𝑎𝑙-𝑚𝑢𝑛𝑡𝑢𝑛 𝑙𝑖 𝑟𝑎𝑗𝑡 ℎ𝑢𝑚𝑎 𝑠-𝑠𝑙𝑎𝑡𝑒𝑛 𝑡𝑎𝑙-𝑀𝑒𝑑𝑗𝑎 𝑢 𝑙-𝑃𝑒𝑟𝑠𝑗𝑎”. Dan 8:20 Jara wkoll bodbod:…

+

Danjel Kapitlu 7

Posted on by

Il-Ktieb ta’ Danjel ma jinstabx f’ordni kronoloġika, minħabba li s-sezzjonijiet li nkitbu bl-Aramajk inżammu wara xulxin. Kapitlu 7 u 8 huma l-Kapitli li seħħew wara Kapitlu 4. Kapitlu 7 imur id f’id ma’ Kapitlu 2. F’dan il-kapitlu jintuża lingwaġġ apokalittiku – jintużaw simboli biex jiddeskrivu avvenimenti katastrofiċi. Fil-ħolma, Danjel jara 4 bhejjem ħerġin mill-ilma: 𝐛𝐡𝐢𝐦𝐚…

+
  • Previous
  • 1
  • …
  • 15
  • 16
  • 17
  • 18
  • 19
  • 20
  • Next

Artikli riċenti

  • Mattew jikteb fit-tielet persuna
  • Mark, id-dixxiplu ta’ Pietru
  • Luke, l-kumpann ta’ Pawlu
  • Codex vs Skroll
  • L-eqdem framment tal-Bibbja – P52

Kategoriji

  • Evidenza għal 'min' u 'meta' nkitbet il-Bibbja
  • Evidenza għal Kristu
  • Ewkaristija
  • Ġenerali
  • Ġesù hu Alla
  • Il-Ktieb ta' Danjel
  • Insibu rwol ta' 'Papa' fil-Bibbja?
  • Islam
  • Jiena Hu
  • Kalviniżmu
  • L-Ispirtu Ssantu u d-Doni Tiegħu
  • Liġi l-Antika
  • Magħmudija
  • Omosesswalita'
  • Parabboli
  • Profeziji fil-Bibbja
  • Purgatorju u Post l-Imwiet
  • Salvazzjoni
  • Satana
  • Sawm
  • Uncategorized
  • Żwieġ, adulterju, divorzju

Vers tal-Bibbja tal-ġurnata

“I am the Alpha and the Omega,” says the Lord God, “who is, and who was, and who is to come, the Almighty.”
Revelation 1:8

Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama - Versi u studju tal-Bibbja minn lenti Kristjana.

Għal artikli u lezzjonijiet aktar dettaljati segwi dawn il-websajts:

Knisja ta' Kristu f'Malta
Apologetics Press Topical Bible Studies
Gospel Way

©2026 Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama | Powered by Superb Themes