Menu
Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama
  • Home
  • Kategoriji
  • Videos
  • Midja soċjali
Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama

Danjel Kapitlu 5 – Il-Babilonja megħluba

Posted on by

Danjel Kapitlu 5 jispiċċa bil-qtil tas-sultan Babiloniż Beltassar.

Ir-rakkont dwar kif il-Medo-Persjani rebħu lill-Babilonja huwa wieħed ferm interessanti:

Il-Babilonja kellha swar għoljin u massivi. Kittieba tal-qedem iddeskrivew swar li kienu twal 14-il mil fuq l-erba’ naħat tal-belt u li laħqu għoli ta’ aktar minn 300 pied. Iżda s-sur ma kienx l-unika forma ta’ difiża.

Ix-xmara Ewfrat (Euphrates) kienet iddawwar il-belt, u kienet tagħmel foss perfett.

Din il-kombinazzjoni ta’ swar u foss dehret li tagħmel il-belt inkonkwistabbli. Wieħed seta’ biss jidħol ġol-belt minn pont levabbli (drawbridge).

Billi għarfu li l-Medo-Persjani kienu ġejjin għalihom, il-Babiloniżi għalqu lilhom infushom ġol-belt tal-Babilonja, fejn kienu ħażnu provvisti għal ħafna snin bi tħejjija għal dan l-attakk.

Ċiru fassal pjan.

Ċiru iddevja l-passaġġ tal-ilma tax-xmara Ewfrat billi ħaffer kanal li bih wassal l-ilma tax-xmara għal post ieħor. Hekk is-suldati setgħu jidħlu l-belt tal-Babilonja mill-passaġġ tax-xmara, hekk kif l-ilma sar baxx biżżejjed minħabba d-‘diversion’ li kien ħoloq Ċiru.

Hekk seħħ dak li ħabbar Ġeremija: “𝑖𝑛𝑛𝑖𝑥𝑥𝑒𝑓 𝑖𝑙-𝑏𝑎ħ𝑎𝑟 𝑡𝑎𝑔ħℎ𝑎” Ġer 51:36

Dan kollu seħħ waqt li l-Babiloniżi kienu aljenati bl-iffestiġġjar, u ma kellhom l-ebda idea x’kien qed jiġri. Setgħu ddefendew il-belt, imma minflok kienu qed jieklu u jiskru. Hekk seħħ ukoll dak li ħabbar il-profeta Ġeremija snin qabel: “𝑀𝑒𝑡𝑎 𝑗𝑘𝑢𝑛𝑢 𝑓𝑖𝑠-𝑠ħ𝑎𝑛𝑎 𝑛ħ𝑒𝑗𝑗𝑖𝑙ℎ𝑜𝑚 𝑓𝑒𝑠𝑡𝑎, 𝑖𝑛𝑠𝑎𝑘𝑘𝑎𝑟ℎ𝑜𝑚 𝑠𝑎𝑘𝑒𝑚𝑚 𝑗𝑖𝑠𝑡𝑜𝑟𝑑𝑢” Ġer 51:39

Għalhekk il-Babiloniżi kienu sorpriżi meta sabu lill-Medo-Persjani fil-belt.

Hekk intrebħet il-Babilonja mill-Medo-Persjani kif profetizzat.

Artikli riċenti

  • Kalviniżmu
  • TULIP – Total Depravity
  • TULIP – Unconditional Election
  • Jilqa’ lil kulħadd
  • Iħenn għal min irid

Kategoriji

  • Ewkaristija
  • Ġenerali
  • Ġesù hu Alla
  • Il-Ktieb ta' Danjel
  • Insibu rwol ta' 'Papa' fil-Bibbja?
  • Kalviniżmu
  • l-Ispirtu Ssantu
  • Liġi l-Antika
  • Magħmudija
  • Parabboli
  • Profeziji fil-Bibbja
  • Salvazzjoni
  • Wara l-mewt fiżikali
  • żgħażagħ

Vers tal-Bibbja tal-ġurnata

Give proper recognition to those widows who are really in need.
1 Timothy 5:3

Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama - Versi u studju tal-Bibbja minn lenti Kristjana.

Għal artikli u lezzjonijiet aktar dettaljati segwi dawn il-websajts:

Knisja ta' Kristu f'Malta
Apologetics Press Topical Bible Studies
Gospel Way

©2026 Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama | Powered by Superb Themes