Category: Evidenza għal ‘min’ u ‘meta’ nkitbet il-Bibbja
Luke, l-kumpann ta’ Pawlu
“Luke also, 𝐭𝐡𝐞 𝐜𝐨𝐦𝐩𝐚𝐧𝐢𝐨𝐧 𝐨𝐟 𝐏𝐚𝐮𝐥, recorded in a book the Gospel preached by him.” – Irenaeus of Lyons c.180 WK Luqa huwa ġeneralment meqjus bħala l-aktar kittieb metikoluż fost l-evanġelisti tat-Testment il-Ġdid. Luqa jorbot in-narrattiv tiegħu mal-istorja sekulari billi regolarment isemmi imperaturi Rumani, gvernaturi u ħakkiema lokali speċifiċi b’rabta ma’ dati u avvenimenti preċiżi….
L-eqdem framment tal-Bibbja – P52
L-eqdem framment tal-papiru li għadu jeżisti sal-ġurnata tal-llum u li fih passaġġ mit-Testment il-Ġdid huwa l-Papiru 52. Imur lura għal ~125–150 W.K. L-Appostlu Ġwanni kiteb l-Evanġelju tiegħu lejn l-aħħar tal-ewwel seklu. Ladarba l-manuskritt instab fl-Eġittu — distanza konsiderevoli ’l bogħod minn Efesu, fejn l-Evanġelju kien inkiteb oriġinarjament — nistgħu naraw li t-Testment il-Ġdid kien qed…
Setgħu il-vanġelji nkitbu mijiet ta’ snin wara Kristu?
Ta’ spiss nisimgħu l-ipoteżi li l-Evanġelji inkitbu minn narraturi anonimi u kienu jiċċirkolaw b’mod anonimu sa madwar l-aħħar tat-tieni seklu, c.180WK. Ta’ spiss jeħlu speċifikament Irenew u sħabu (li għexu f’dan iż-żmien), li vvintaw ismijiet partikolari. L-iktar ħaġa li tikkuntradixxi din it-teorija huwa l-fatt li nsibu sorsi li jikkwotaw l-evanġelji bin-narraturi tagħhom żmien qabel is-sena…
Akkużi megħluba
Fost il-manuskritti bikrija tal-Evanġelju li waslu sa żminijietna, dawk li jinkludu l-parti tal-manuskritt fejn hu nkluż l-isem tal-awtur, konsistentament isemmu lil Mattew, Mark, Luqa jew Ġwanni.
L-eqdem papiri b’isem t’awtur
L-istampa turi l-eqdem papiri tal-vanġelji (li għad għandna), fejn hu mniżżel isem l-awtur. L-evidenza minn manuskritti antiki li għad għandna llum il-ġurnata turi li l-Evanġelji ġew trażmessi b’titoli speċifiċi sa minn perjodu bikri. L-evidenza ma tappoġġjax l-idea li l-erba’ Evanġelji ċċirkolaw għal sekli sħaħ bħala kitbiet anonimi qabel ma l-Knisja assenjat ismijiet għal magħhom.
Isem l-awtur seta’ kien imniżżel fuq ‘flyleaf’
Il-fatt li isem l-awtur ma jidhirx fuq il-paġni ta’ manuskritt antik tal-Evanġelju 𝐦𝐡𝐮𝐱 𝐧𝐞𝐜̇𝐞𝐬𝐬𝐚𝐫𝐣𝐚𝐦𝐞𝐧𝐭 𝐢𝐟𝐢𝐬𝐬𝐞𝐫 𝐥𝐢 𝐝𝐚𝐤 𝐢𝐥-𝐦𝐚𝐧𝐮𝐬𝐤𝐫𝐢𝐭𝐭 𝐨𝐫𝐢𝐠̇𝐢𝐧𝐚𝐫𝐣𝐚𝐦𝐞𝐧𝐭 𝐤𝐢𝐞𝐧 𝐦𝐢𝐤𝐭𝐮𝐛 𝐛’𝐦𝐨𝐝 𝐚𝐧𝐨𝐧𝐢𝐦𝐮. Fl-antik, l-awtur seta’ kien ikun imniżżel fuq materjal separat jew fuq ‘flyleaf’, li hija l-ewwel paġna li tinstab fi ktieb/codex. Ovvjament, huwa mistenni li kodex li jmur sa minn żmien Kristjan bikri,…
