Menu
Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama
  • Home
  • Kategoriji
  • Videos
  • Midja soċjali
Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama

Danjel Kapitlu 7

Posted on by

Il-Ktieb ta’ Danjel ma jinstabx f’ordni kronoloġika, minħabba li s-sezzjonijiet li nkitbu bl-Aramajk inżammu wara xulxin. Kapitlu 7 u 8 huma l-Kapitli li seħħew wara Kapitlu 4.

Kapitlu 7 imur id f’id ma’ Kapitlu 2.

F’dan il-kapitlu jintuża lingwaġġ apokalittiku – jintużaw simboli biex jiddeskrivu avvenimenti katastrofiċi.

Fil-ħolma, Danjel jara 4 bhejjem ħerġin mill-ilma:

1️⃣ 𝐛𝐡𝐢𝐦𝐚 𝐪𝐢𝐬𝐡𝐚 𝐥𝐣𝐮𝐧 𝐛𝐢 𝐠̇𝐰𝐢𝐞𝐧𝐚ħ – ljun huwa animal b’saħħtu, potenti, veloċi (L-‘Ishtar gate’ li kienet inbniet fil-Babilonja kellha propju dan is-simbolu ta’ ljun bil-ġwienaħ fuqha). Jirrapreżenta l-Babilonja.

2️⃣ 𝐛𝐡𝐢𝐦𝐚 𝐪𝐢𝐬𝐡𝐚 𝐨𝐫𝐬, 𝐛𝐢 𝟑 𝐤𝐮𝐬𝐭𝐢𝐥𝐣𝐢 𝐟’ħ𝐚𝐥𝐪𝐡𝐚 – tirrapreżenta l-imperu Medo-Persjan. L-Kustilji probabilment jirrapreżentaw it-3 imperi li kien rebaħ.

3️⃣ 𝐛𝐡𝐢𝐦𝐚 𝐪𝐢𝐬𝐡𝐚 𝐥𝐣𝐮𝐩𝐚𝐫𝐝 𝐛’𝟒 𝐫𝐣𝐮𝐬 𝐮 𝟒 𝐛𝐢𝐥-𝐠̇𝐰𝐢𝐞𝐧𝐚ħ – animal veloċissimu – din tirrapreżenta lil Alessandru l-Kbir, li rebaħ id-‘dinja’ sa meta kellu 30 sena. L-4 irjus jirrapreżentaw kif dan l-imperu inqasam bejn 4 ġenerali milli kellu Alessandru, wara l-mewt tiegħu.

4️⃣r-raba’ bhima kienet “𝒃𝒉𝒊𝒎𝒂 𝒕𝒂𝒍-𝒃𝒊𝒛̇𝒂’ 𝒖 𝒕𝒘𝒆𝒓𝒘𝒓𝒆𝒌, 𝑡𝑎’ 𝑠𝑎ħħ𝑎 𝑡𝑎𝑙-𝑔ħ𝑎𝑔̇𝑒𝑏, 𝑏𝑖 𝑠𝑛𝑖𝑒𝑛 𝑘𝑏𝑎𝑟 𝑡𝑎𝑙-ħ𝑎𝑑𝑖𝑑; 𝑏𝑑𝑖𝑒𝑡 𝑡𝑖𝑒𝑘𝑜𝑙 𝑢 𝑡𝑓𝑎𝑟𝑟𝑎𝑘, 𝑢 𝑡𝑔ħ𝑎𝑓𝑓𝑒𝑔̇ 𝑖𝑙-𝑓𝑑𝑎𝑙 𝑡𝑎ħ𝑡 𝑠𝑎𝑞𝑎𝑗ℎ𝑎.” Dan7:7

Naqraw aktar dwar ir-4 bhima f’vers 23: “𝑖𝑟-𝑟𝑎𝑏𝑎’ 𝑏ℎ𝑖𝑚𝑎 𝑡𝑓𝑖𝑠𝑠𝑒𝑟 𝑖𝑟-𝑟𝑎𝑏𝑎’ 𝑠𝑎𝑙𝑡𝑛𝑎, 𝑙𝑖 𝑗𝑘𝑢𝑛 ℎ𝑎𝑤𝑛 𝑓𝑢𝑞 𝑙-𝑎𝑟𝑡..𝐿-𝑔ħ𝑎𝑥𝑎𝑟𝑡 𝑖𝑞𝑟𝑢𝑛 𝑖𝑓𝑖𝑠𝑠𝑟𝑢 𝑙𝑖 𝑚𝑖𝑛𝑛 𝑑𝑖𝑛 𝑖𝑠-𝑠𝑎𝑙𝑡𝑛𝑎 𝑗𝑞𝑢𝑚𝑢 𝑔ħ𝑎𝑥𝑎𝑟 𝑠𝑙𝑎𝑡𝑒𝑛; 𝑢 𝑚𝑏𝑎𝑔ħ𝑎𝑑 𝑤𝑎𝑟𝑎𝑗ℎ𝑜𝑚 𝑖𝑞𝑢𝑚 𝑖𝑒ħ𝑜𝑟 𝑙𝑖 𝑚𝑎 𝑗𝑘𝑢𝑛𝑥 𝑏ħ𝑎𝑙ℎ𝑜𝑚, 𝑢 𝑗𝑤𝑎𝑞𝑞𝑎’ 𝑡𝑙𝑖𝑒𝑡 𝑠𝑙𝑎𝑡𝑒𝑛. 𝐻𝑢𝑤𝑎 𝑗𝑔ħ𝑖𝑑 𝑘𝑙𝑖𝑒𝑚 𝑘𝑜𝑛𝑡𝑟𝑎 𝐴𝑙𝑙𝑎 𝑙-𝐺ħ𝑜𝑙𝑖 𝑏𝑖𝑒𝑥 𝑗𝑖𝑓𝑛𝑖 𝑙𝑖𝑙𝑙-𝑞𝑎𝑑𝑑𝑖𝑠𝑖𝑛 𝑡𝑎𝑙-𝐺ħ𝑜𝑙𝑖”

Dawn huma l-10 slaten Rumani (rrapreżentati mill-10 iqrun), fl-ordni li ħakmu wara xulxin:

• Augustus Caesar (27 BC – AD 14)

• Tiberius (AD 14 – 37)

• Caligula (AD 37 – 41)

• Claudius (AD 41 – 54)

• Nero (AD 54 – 68)

• Galba (June 68 – January 69)

• Otho (January – April 69)

• Vitellius (April – December 69)

• Vespasian (AD 69 – 79)

• Titus (AD 79 – 81)

Naqraw li wara l -10 slaten, ser “𝑖𝑞𝑢𝑚 𝑖𝑒ħ𝑜𝑟 𝑙𝑖 𝑚𝑎 𝑗𝑘𝑢𝑛𝑥 𝑏ħ𝑎𝑙ℎ𝑜𝑚..𝑗𝑔ħ𝑖𝑑 𝑘𝑙𝑖𝑒𝑚 𝑘𝑜𝑛𝑡𝑟𝑎 𝐴𝑙𝑙𝑎 𝑙-𝐺ħ𝑜𝑙𝑖..𝑢 𝑗𝑘𝑢𝑛 𝑖𝑟𝑖𝑑 𝑖𝑏𝑖𝑑𝑑𝑒𝑙 𝑖𝑧̇-𝑧̇𝑚𝑖𝑛𝑖𝑗𝑖𝑒𝑡 𝑢 𝑙-𝑙𝑖𝑔̇𝑖.” L-istorja (History) turina li l-ħdax-il sultan kien Domitian. Apparti affarijiet oħra, dan ried li jkun imsejjaħ “lord and god”. Azzjoni li turina kemm kien eleva ruħu.

Wara, Danjel jara Xiħ bilqegħda fuq tron. Lill-bhejjem neħħewlhom setgħethom. Bin il-bniedem tingħatalu saltna li ma tinqeridx.

Il-messaġġ ta’ din il-viżjoni kollha fil-qosor:

F’din id-dinja se jkun hemm saltniet hżiena. Fl-aħħar mill-aħħar kollha se jkunu ġġudikati u jieħdu dak li ħaqqhom. Alla huwa fil-kontroll ta’ kollox.

F’Kapitlu 7, l-istess bħal f’Kapitlu 2 tal-ktieb ta’ Danjel, naraw kif is-saltniet ta’ din id-dinja se jkunu distrutti, u s-Saltna t’Alla hija dik is-Saltna li taħkem għal dejjem.

Artikli riċenti

  • Kalviniżmu
  • TULIP – Total Depravity
  • TULIP – Unconditional Election
  • Jilqa’ lil kulħadd
  • Iħenn għal min irid

Kategoriji

  • Ewkaristija
  • Ġenerali
  • Ġesù hu Alla
  • Il-Ktieb ta' Danjel
  • Insibu rwol ta' 'Papa' fil-Bibbja?
  • Kalviniżmu
  • l-Ispirtu Ssantu
  • Liġi l-Antika
  • Magħmudija
  • Parabboli
  • Profeziji fil-Bibbja
  • Salvazzjoni
  • Wara l-mewt fiżikali
  • żgħażagħ

Vers tal-Bibbja tal-ġurnata

Therefore, there is now no condemnation for those who are in Christ Jesus, because through Christ Jesus the law of the Spirit who gives life has set you free from the law of sin and death.
Romans 8:1-2

Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama - Versi u studju tal-Bibbja minn lenti Kristjana.

Għal artikli u lezzjonijiet aktar dettaljati segwi dawn il-websajts:

Knisja ta' Kristu f'Malta
Apologetics Press Topical Bible Studies
Gospel Way

©2026 Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama | Powered by Superb Themes