Menu
Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama
  • Home
  • Kategoriji
  • Videos
  • Midja soċjali
Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama

Danjel Kapitlu 8

Posted on by

Fil-ktieb ta’ Danjel insibu diversi profeziji, fejn avvenimenti storiċi huma mħabbra b’preċiżjoni mijiet ta’ snin qabel dawn seħħu.

Waħda minnhom hija dik misjuba f’ Kapitlu 8 tal-ktieb ta’ Danjel:

Danjel jara muntun b’żewġ iqrun. L-anġlu Gabriel ifhiem lil Danjel li: “𝐼𝑧̇-𝑧̇𝑒𝑤𝑔̇𝑡 𝑖𝑞𝑟𝑢𝑛 𝑡𝑎𝑙-𝑚𝑢𝑛𝑡𝑢𝑛 𝑙𝑖 𝑟𝑎𝑗𝑡 ℎ𝑢𝑚𝑎 𝑠-𝑠𝑙𝑎𝑡𝑒𝑛 𝑡𝑎𝑙-𝑀𝑒𝑑𝑗𝑎 𝑢 𝑙-𝑃𝑒𝑟𝑠𝑗𝑎”. Dan 8:20

Jara wkoll bodbod: “𝑖𝑙-𝑏𝑜𝑑𝑏𝑜𝑑 ℎ𝑢 𝑠-𝑠𝑢𝑙𝑡𝑎𝑛 𝑡𝑎𝑙-𝐺𝑟𝑒𝑐̇𝑗𝑎, 𝑢 𝑙-𝑞𝑎𝑟𝑛 𝑖𝑙-𝑘𝑏𝑖𝑟 𝑙𝑖 𝑟𝑎𝑗𝑡𝑙𝑢 𝑏𝑒𝑗𝑛 𝑔ħ𝑎𝑗𝑛𝑒𝑗ℎ ℎ𝑢 𝑙-𝑒𝑤𝑤𝑒𝑙 𝑠𝑢𝑙𝑡𝑎𝑛.” Dan 8:21

L-ewwel sultan tal-Greċja eventwalment kien Alessandru l-Kbir. Fil-viżjoni, il-muntun huwa deskritt bħala “𝑔ħ𝑎𝑑𝑑𝑒𝑗 𝑚𝑖𝑒𝑥𝑖 𝑓𝑢𝑞 𝑤𝑖𝑐̇𝑐̇ 𝑙-𝑎𝑟𝑡 𝑘𝑜𝑙𝑙ℎ𝑎 𝑏𝑙𝑎 𝑚𝑎 𝑗𝑚𝑖𝑠𝑠 𝑙-𝑎𝑟𝑡” (Dan 8:5) Dan jiddiskrivi l-veloċita li biha Alessandru kkonkwista l-imperu tiegħu. Sa 30 sena kien diġà għaqqad imperu.

Fil-viżjoni nkomplu naraw kif il-bodbod ħebb għall-muntun u għelbu. Fatti storiċi juri li l-Greċja għelbet lill-imperu Medo-Persjan fis-sena 331QK.

𝐈𝐥-𝐩𝐫𝐨𝐟𝐞𝐭𝐚 𝐃𝐚𝐧𝐣𝐞𝐥 𝐤𝐢𝐭𝐞𝐛 𝐢𝐥-𝐤𝐭𝐢𝐞𝐛 𝐭𝐢𝐞𝐠ħ𝐮 𝐛𝐞𝐣𝐧 𝐢𝐬-𝐬𝐞𝐧𝐚 𝟔𝟎𝟓 𝐮 𝐬-𝐬𝐞𝐧𝐚 𝟓𝟑𝟎 𝐐.𝐊., 𝐇𝐞𝐤𝐤 𝐝𝐢𝐧 𝐢𝐥-𝐩𝐫𝐨𝐟𝐞𝐳𝐢𝐣𝐚 𝐭ħ𝐚𝐛𝐛𝐫𝐞𝐭 𝐦𝐚𝐥-𝟐𝟎𝟎 𝐬𝐞𝐧𝐚 𝐐𝐀𝐁𝐄𝐋 𝐦𝐚 𝐬𝐞ħħ𝐞𝐭.

Nkomplu naqraw li “𝑙-𝑏𝑜𝑑𝑏𝑜𝑑 𝑡𝑘𝑎𝑏𝑏𝑎𝑟 ħ𝑎𝑓𝑛𝑎, 𝑢 𝑚𝑒𝑡𝑎 𝑠𝑠𝑎ħħ𝑎ħ 𝑖𝑙-𝑞𝑎𝑟𝑛 𝑖𝑙-𝑘𝑏𝑖𝑟 𝑖𝑛𝑘𝑖𝑠𝑖𝑟𝑙𝑢 𝑢 𝑚𝑖𝑛𝑓𝑙𝑜𝑘𝑢 𝑡𝑒𝑙𝑔ħ𝑢𝑙𝑢 𝑒𝑟𝑏𝑔ħ𝑎 𝑜ħ𝑟𝑎 𝑑𝑎𝑞𝑠𝑖𝑒𝑥” Dan8:8

Il-ksur tal-qarn il-kbir tissinifika l-mewt ta’ Alessandru.

L-erba’ qrun li telgħu flok il-qarn il-kbir jissinifikaw l-4 ġenerali li qasmu bejniethom l-imperu Grieg wara l-mewt ta’ Alessandru. Dawn l-4 ġenerali kienu msejjħa “Diadochi” jew “Suċċessuri”. Kien jisimhom Antigonus, Ptolemy, Seleucus u Lysimachus.

L-viżjoni tkompli.

“I𝑚𝑏𝑎𝑔ħ𝑎𝑑 𝑚𝑖𝑛𝑛 𝑤𝑖𝑒ħ𝑒𝑑 𝑚𝑖𝑛𝑛ℎ𝑜𝑚 (minn wieħed mill-4 qrun) 𝑛𝑖𝑏𝑒𝑡 𝑞𝑎𝑟𝑛 𝑖𝑒ħ𝑜𝑟 𝑧̇𝑔ħ𝑖𝑟..𝑈 𝑏𝑎𝑞𝑎’ 𝑗𝑖𝑡𝑘𝑎𝑏𝑏𝑎𝑟… 𝑛𝑒ħħ𝑎 𝑠-𝑠𝑎𝑔𝑟𝑖𝑓𝑖𝑐̇𝑐̇𝑗𝑢 𝑡𝑎𝑙-ħ𝑟𝑢𝑞 𝑙𝑖 𝑘𝑖𝑒𝑛𝑢 𝑗𝑜𝑓𝑓𝑟𝑢𝑙𝑢 𝑘𝑢𝑙𝑗𝑢𝑚, 𝑢 𝑧̇𝑒𝑏𝑙𝑎ħ 𝑖𝑙-𝑝𝑜𝑠𝑡 𝑖𝑚𝑞𝑎𝑑𝑑𝑒𝑠 𝑡𝑖𝑒𝑔ħ𝑢.” Dan 8:9-11

Infatti kien minn Seleucus, li ħareġ suċċessur (qarn żgħir) li profana t-tempju.

Fatti storiċi juru kif Antijoku Epifani, suċċessur ta’ Seleucus, pprofana t-tempju Lhudi f’Ġerusalemm billi ssagrifika ħanżir fuq l-artal, seraq it-teżori tiegħu, u bena artal lill-alla Grieg Żews. Huwa pprojbixxa wkoll prattiki reliġjużi Lhud, bħas-sagrifiċċju ta’ kuljum, l-osservanza tas-Sabbath, ċ-ċirkonċiżjoni, u ġiegħel lill-Lhud iqimu allat Griegi u jieklu laħam ta’majjal. Min m’osservax l-ordnijiet tiegħu ġie msawwat u maqtul. Lil dawk l-ommijiet li għamlu ċirkonċizjoni lil uliedhom, kien joqtlilhom it-tarbija u jġegħlhom idendluha madwar għonqhom bħal ġiżirana.

(Informazzjoni dwar Antijokju Epifani hija meħuda mill-ktieb ‘Daniel: a Prophet of God’, ta’ Rex Turner.)

  • profeziji
  • Artikli riċenti

    • Kalviniżmu
    • TULIP – Total Depravity
    • TULIP – Unconditional Election
    • Jilqa’ lil kulħadd
    • Iħenn għal min irid

    Kategoriji

    • Ewkaristija
    • Ġenerali
    • Ġesù hu Alla
    • Il-Ktieb ta' Danjel
    • Insibu rwol ta' 'Papa' fil-Bibbja?
    • Kalviniżmu
    • l-Ispirtu Ssantu
    • Liġi l-Antika
    • Magħmudija
    • Parabboli
    • Profeziji fil-Bibbja
    • Salvazzjoni
    • Wara l-mewt fiżikali
    • żgħażagħ

    Vers tal-Bibbja tal-ġurnata

    Therefore, there is now no condemnation for those who are in Christ Jesus, because through Christ Jesus the law of the Spirit who gives life has set you free from the law of sin and death.
    Romans 8:1-2

    Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama - Versi u studju tal-Bibbja minn lenti Kristjana.

    Għal artikli u lezzjonijiet aktar dettaljati segwi dawn il-websajts:

    Knisja ta' Kristu f'Malta
    Apologetics Press Topical Bible Studies
    Gospel Way

    ©2026 Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama | Powered by Superb Themes