Meta tfeġġ il-kitba fuq il-ħajt, waqt festin tas-sultan Babiloniż Beltassar, Danjel jissejjaħ biex jispjega dak li kien hemm miktub. Spjega li kien wasal it-tmiem tas-saltna tal-Babilonja, peress li meta ntiżnet fil-miżien, instabet nieqsa fil-piż (b’mod metaforiku).
Dan il-lejl stess Is-sultan tal-Babilonja kien maqtul u s-saltna għaddiet għal għand il-Medi u l-Persjani, propju kif kien imħabbar fil-viżjoni tas-sultan Nabukodonosor f’Kapitlu 2 (ᴠɪᴢ̇ᴊᴏɴɪ ᴛᴀʟ-ɪsᴛᴀᴛᴡᴀ ᴍᴀɢħᴍᴜʟᴀ ᴍɪɴɴ ᴍᴀᴛᴇʀᴊᴀʟɪ ᴅɪꜰꜰᴇʀᴇɴᴛɪ) u wkoll fil-ħolma ta’ Danjel f’Kapitlu 7 (ħᴏʟᴍᴀ ᴅᴡᴀʀ ʟ-4 ʙʜᴇᴊᴊᴇᴍ ħᴇʀɢ̇ɪɴ ᴍɪʟʟ-ɪʟᴍᴀ).
.
.
.
Il-kitba li feġġet fuq il-ħajt, hija tfakkira li aħna lkoll naħsdu dak li niżirgħu. “𝑇𝑖𝑡𝑞𝑎𝑟𝑟𝑞𝑢𝑥; 𝐴𝑙𝑙𝑎 𝑚𝑎 𝑗𝑖𝑑ħ𝑎𝑘 𝑏𝑖ℎ ħ𝑎𝑑𝑑. 𝐷𝑎𝑘 𝑙𝑖 𝑏𝑛𝑖𝑒𝑑𝑒𝑚 𝑗𝑖𝑧̇𝑟𝑎’, 𝑑𝑎𝑘 ℎ𝑢𝑤𝑎 𝑗𝑎ħ𝑠𝑎𝑑. 𝑀𝑖𝑛 𝑗𝑖𝑧̇𝑟𝑎’ 𝑓’𝑔̇𝑖𝑠𝑚𝑢 𝑗𝑎ħ𝑠𝑎𝑑 𝑚𝑖𝑙𝑙-𝑔̇𝑖𝑠𝑒𝑚 𝑖𝑡-𝑡𝑎ħ𝑠𝑖𝑟; 𝑚𝑖𝑛 𝑗𝑖𝑧̇𝑟𝑎’ 𝑓𝑙-𝑖𝑠𝑝𝑖𝑟𝑡𝑢, 𝑗𝑎ħ𝑠𝑎𝑑 𝑚𝑖𝑙𝑙-𝑖𝑠𝑝𝑖𝑟𝑡𝑢 𝑙-ħ𝑎𝑗𝑗𝑎 𝑡𝑎’ 𝑑𝑒𝑗𝑗𝑒𝑚.”
Galatin 6:7-8
(B’mod kronoloġiku, Kapitlu 5 seħħ wara Kapitlu 7 u 8 tal-Ktieb ta’ Danjel.
-L-ewwel vers ta’ kap 7 jgħid li kienet l-1 sena ta’ Beltassar
-L-ewwel vers ta’ kap 8 jgħid li kienet it-3 sena ta’ Beltassar
-F’kap 5 naqraw kif Beltassar ġie maqtul
-F’kap 6 naqraw li s-saltna kienet saret tal-Medi)
