Menu
Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama
  • Home
  • Kategoriji
  • Videos
  • Midja soċjali
Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama

X’inhu l-qofol tat-tagħlim Kristjan?

Posted on by

Iᴋʟᴀ ᴛᴀʟ-Mᴜʟᴇᴊ – Pᴀʀᴛ 7
Għal ċertu individwi, id-duttrina tal-‘preżenza reali fl-ispeċi’ hija l-qofol tat-twemmin tagħhom.

X’insibu jekk inqallbu fil-Bibbja?
Il-qofol tat-twemmin Kristjan huwa li Ġesù huwa Alla, miet għal dnubietna u qam mill-mewt, u MHUX li hu preżenti fl-ewkaristija, kif juruna dawn il-versi dwar salvazzjoni:

– 1Gwanni 5:5 Għax min hu dak li jegħleb lid-dinja, jekk mhux min 𝐣𝐞𝐦𝐦𝐞𝐧 𝐥𝐢 𝐆̇𝐞𝐬𝐮̀ 𝐡𝐮 𝐥-𝐈𝐛𝐞𝐧 𝐭𝐚’ 𝐀𝐥𝐥𝐚?

– Rumani 10:9 Ghax jekk inti tistqarr b’fommok, “𝐆𝐞𝐬𝐮 𝐡𝐮 𝐥-𝐌𝐮𝐥𝐞𝐣” 𝐮 𝐭𝐞𝐦𝐦𝐞𝐧 𝐛’𝐪𝐚𝐥𝐛𝐞𝐤 𝐥𝐢 𝐀𝐥𝐥𝐚 𝐪𝐚𝐣𝐦𝐮 𝐦𝐢𝐥𝐥-𝐢𝐦𝐰𝐢𝐞𝐭, inti ssalva.

– 1 Gwanni 2:22 Min hu l-giddieb jekk mhux min jiċħad li Ġesu hu l-Messija? DAN hu l-antikrist, li jiċħad lill-Missier u lill-iben.

– Gwanni 3:16 Ghax Alla hekk ħabb lid-dinja, li ta l-iben waħdieni tiegħu, biex 𝐤𝐮𝐥𝐥 𝐦𝐢𝐧 𝐣𝐞𝐦𝐦𝐞𝐧 𝐟𝐢𝐡 ma jintilifx, izda jkollu l-ħajja ta’dejjem.

– Gwanni 11:25 “𝐌𝐢𝐧 𝐣𝐞𝐦𝐦𝐞𝐧 𝐟𝐢𝐣𝐣𝐚, għad li jkun mejjet jgħix; u kull min jgħix u jemmen fijja ma jmut qatt.

– Gwanni 6:28-29 Imbagħad staqsewh: “X’għandna nagħmlu biex nagħmlu l-opri ta’ Alla?” Weġibhom Ġesù: “L-opra ta’ Alla hija din: li intom 𝐭𝐞𝐦𝐦𝐧𝐮 𝐟’𝐝𝐚𝐤 𝐥𝐢 𝐡𝐮𝐰𝐚 𝐛𝐚𝐠ħ𝐚𝐭.”

– Atti 3:37 Dan il-kliem li semgħu laqtilhom qalbhom u qalu lil Pietru u lill-appostli l-ohra: “L-aħwa, x’għandna nagħmlu ahna? U Pietru weġibhom: “𝐈𝐧𝐝𝐦𝐮 𝐮 𝐣𝐢𝐭𝐠ħ𝐚𝐦𝐦𝐞𝐝 𝐤𝐮𝐥𝐥 𝐰𝐢𝐞ħ𝐞𝐝 𝐦𝐢𝐧𝐧𝐤𝐨𝐦 𝐟𝐥-𝐢𝐬𝐞𝐦 𝐭𝐚’𝐆𝐞𝐬𝐮 𝐊𝐫𝐢𝐬𝐭𝐮 𝐠ħ𝐚𝐥𝐥-𝐦𝐚𝐡𝐟𝐫𝐚 𝐭𝐚𝐝-𝐝𝐧𝐮𝐛𝐢𝐞𝐭𝐤𝐨𝐦; u intom tirċievu d-don ta’ l-Ispirtu s-Santu.

– Atti 16:30-31,33 “Sinjuri, x’għandi nagħmel biex insalva?” Huma weġbuh: “𝐄𝐦𝐦𝐞𝐧 𝐟𝐢𝐥-𝐌𝐮𝐥𝐞𝐣 𝐆̇𝐞𝐬𝐮̀, u ssalva int u l-familja tiegħek…u bla telf ta’ żmien tgħammed hu u niesu kollha.”

– Pawlu f’ 1Kor 15:1:4 jgħid lin-nies ta’Korintu: “Ħuti irrid infakkarkom fl-evanġelju li xandarnielkom..bih intom salvi bil-𝐤𝐞𝐥𝐦𝐚 li jien ħabbartilkom, kemm il-darba żżommuha, jekk ma emmintux għalxejn…..jien għallimtkom dak li tgħallimt jien, jiġifieri, li 𝐊𝐫𝐢𝐬𝐭𝐮 𝐦𝐢𝐞𝐭 𝐦𝐢𝐧ħ𝐚𝐛𝐛𝐚 𝐝𝐧𝐮𝐛𝐢𝐞𝐭𝐧𝐚..𝐝𝐢𝐟𝐧𝐮𝐡 𝐮 𝐪𝐚𝐦 𝐦𝐢𝐥𝐥-𝐢𝐦𝐰𝐢𝐞𝐭 𝐟𝐢𝐭-𝐭𝐢𝐞𝐥𝐞𝐭 𝐣𝐮𝐦.”

– Il-parabbola taż-żagħżugħ għani – Mat 19:16-21 Resaq wieħed fuqu u qallu: “Mgħallem, x’għandi nagħmel tajjeb biex nikseb il-ħajja ta’ dejjem?” U Ġesù qallu: “Għax tistaqsini fuq it-tajjeb? Wieħed hu t-Tajjeb. Jekk int trid tidħol fil-ħajja, ħares il-kmandamenti.” “Liema?” staqsieh dak. U Ġesù wieġbu: “La toqtolx, la tiżnix, la tisraqx, la tixhidx fil-falz, weġġaħ lil missierek u ’l ommok, u ħobb lil għajrek bħalek innifsek.” Qallu ż-żagħżugħ: “Jiena dan kollu ħaristu; x’jonqosni iżjed?” Wieġbu Ġesù: “Jekk trid tkun perfett, mur, bigħ il-ġid li għandek, agħtih lill-foqra, u jkollok teżor fis-sema; imbagħad ejja u imxi warajja”.

Jekk wieħed jinnota, f’ dawn il-ħafna kwotazzjonijet t’hawn fuq, la Ġesu u lanqas l-appostli ma semmew li wieħed irid jemmen li Ġesu hu preżenti rejalment fil-ħobż u l-inbid sabiex isalva. L- enfasi fil-bibbja hija li wieħed jemmen li Ġesu huwa l-iben t’Alla, li miet għal dnubietna u qam mill-imwiet.

Artikli riċenti

  • Kalviniżmu
  • TULIP – Total Depravity
  • TULIP – Unconditional Election
  • Jilqa’ lil kulħadd
  • Iħenn għal min irid

Kategoriji

  • Ewkaristija
  • Ġenerali
  • Ġesù hu Alla
  • Il-Ktieb ta' Danjel
  • Insibu rwol ta' 'Papa' fil-Bibbja?
  • Kalviniżmu
  • l-Ispirtu Ssantu
  • Liġi l-Antika
  • Magħmudija
  • Parabboli
  • Profeziji fil-Bibbja
  • Salvazzjoni
  • Wara l-mewt fiżikali
  • żgħażagħ

Vers tal-Bibbja tal-ġurnata

Give proper recognition to those widows who are really in need.
1 Timothy 5:3

Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama - Versi u studju tal-Bibbja minn lenti Kristjana.

Għal artikli u lezzjonijiet aktar dettaljati segwi dawn il-websajts:

Knisja ta' Kristu f'Malta
Apologetics Press Topical Bible Studies
Gospel Way

©2026 Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama | Powered by Superb Themes