Menu
Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama
  • Home
  • Kategoriji
  • Videos
  • Midja soċjali
Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama

Vojt bla Qies

Posted on by

L-istorja ta’ Lazzru u l-għani turi li hemm vojt kbir bejn naħa u oħra, bejn il-Ġenna u Tartarus -𝐦’𝐡𝐞𝐦𝐦𝐱 𝐩𝐨𝐬𝐭 𝐟𝐢𝐧-𝐧𝐨𝐟𝐬 (bħal purgatorju).
_____________________________________

Luqa 16:19-31 “Mela kien hemm raġel għani, jilbes il-porpra u għażel mill-ifjen; l-hena tiegħu kien li kuljum jagħmel ikla mill-aħjar. U wieħed fqir jismu Lazzru, li kellu ġismu ġerħa waħda, kien imur jinxteħet ħdejn il-bieb ta’ daru, bix-xewqa li jixba’ b’dak li jaqa’ mill-mejda tal-għani. Sa l-klieb kienu jmorru jilagħqu l-ġrieħi tiegħu.

Ġara li l-fqir miet, u l-anġli ħaduh fi ħdan Abraham.

Imbagħad miet ukoll l-għani, u difnuh.

Dan, kif sab ruħu fi 𝐭𝐛𝐚𝐭𝐢𝐣𝐢𝐞𝐭 ħ𝐨𝐫𝐨𝐱 𝐟’𝐀𝐫𝐭 𝐥-𝐈𝐦𝐰𝐢𝐞𝐭, rafa’ ħarstu, u mill-bogħod lemaħ lil Abraham, b’Lazzru fi ħdanu. U għolla leħnu u qallu, ‘Missier Abraham, ikollok ħniena minni u ibgħat lil Lazzru jbill tarf sebgħu fl-ilma ħa jtaffili n-nixfa li għandi fi lsieni, għax qiegħed ninħaqar wisq f’ dan in-nar.’

‘Ibni,’ qallu Abraham, ‘ftakar li t-tajjeb tiegħek irċevejtu f’ħajtek; hekk ukoll Lazzru, il-ħażin irċevieh f’ħajtu. Imma issa hu hawnhekk qiegħed jitfarraġ, waqt li inti qiegħed tbati.

Barra minn dan, 𝐡𝐞𝐦𝐦 𝐯𝐨𝐣𝐭 𝐛𝐥𝐚 𝐪𝐣𝐢𝐞𝐬 𝐛𝐞𝐣𝐧𝐤𝐨𝐦 𝐮 𝐛𝐞𝐣𝐧𝐧𝐚, 𝐛𝐢𝐞𝐱 𝐦𝐢𝐧 𝐢𝐤𝐮𝐧 𝐢𝐫𝐢𝐝 𝐣𝐚𝐪𝐬𝐚𝐦 𝐦𝐢𝐧𝐧 𝐡𝐚𝐰𝐧 𝐠ħ𝐚𝐥 𝐠ħ𝐚𝐧𝐝𝐤𝐨𝐦 𝐦𝐚 𝐣𝐤𝐮𝐧𝐱 𝐣𝐢𝐬𝐭𝐚’, 𝐮 𝐚𝐧𝐪𝐚𝐬 𝐦𝐚 𝐣𝐠ħ𝐚𝐝𝐝𝐮 𝐦𝐢𝐧𝐧 𝐡𝐞𝐦𝐦 𝐠ħ𝐚𝐥 𝐠ħ𝐚𝐧𝐝𝐧𝐚.’

Qallu l-għani, ‘Mela nitolbok, missier, ibagħtu f’dar missieri, għax għandi ħames aħwa, ħalli jagħmlilhom twissija kif imiss, li ma jmorrux huma wkoll jiġu f’dan il-post ta’ 𝐭𝐛𝐚𝐭𝐢𝐣𝐢𝐞𝐭 ħ𝐨𝐫𝐨𝐱!’

Qallu Abraham, ‘Għandhom lil Mosè u l-Profeti; jisimgħu lilhom.’

‘Le, missier Abraham,’ qallu dak, ‘imma jekk imur għandhom xi ħadd mill-imwiet, jindmu.’

Iżda wieġbu Abraham, ‘Jekk ma jisimgħux lil Mosè u l-Profeti, anqas jekk iqum xi ħadd mill-imwiet ma jemmnu.’

Artikli riċenti

  • Il-Magħmudija
  • Bil-Fidi BISS?
  • 40 Terminu li Bihom Aħna Salvi
  • “Bil-Grazzja intom Salvati”
  • L-Art se Tintemm?

Kategoriji

  • Evidenza għal Kristu
  • Ewkaristija
  • Ġenerali
  • Ġesù hu Alla
  • Il-Ktieb ta' Danjel
  • Insibu rwol ta' 'Papa' fil-Bibbja?
  • Islam
  • Jiena Hu
  • Kalviniżmu
  • L-Ispirtu Ssantu u d-Doni Tiegħu
  • Liġi l-Antika
  • Magħmudija
  • Omosesswalita'
  • Parabboli
  • Profeziji fil-Bibbja
  • Purgatorju u Post l-Imwiet
  • Salvazzjoni
  • Satana
  • Sawm
  • Uncategorized
  • Żwieġ, adulterju, divorzju

Vers tal-Bibbja tal-ġurnata

So we say with confidence, “The Lord is my helper; I will not be afraid. What can mere mortals do to me?”
Hebrews 13:6

Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama - Versi u studju tal-Bibbja minn lenti Kristjana.

Għal artikli u lezzjonijiet aktar dettaljati segwi dawn il-websajts:

Knisja ta' Kristu f'Malta
Apologetics Press Topical Bible Studies
Gospel Way

©2026 Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama | Powered by Superb Themes