Menu
Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama
  • Home
  • Kategoriji
  • Videos
  • Midja soċjali
Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama

40 Terminu li Bihom Aħna Salvi

Posted on by

M’aħniex denji li nkunu salvi.

Ilkoll dnibna.

Imma naqalgħu grazzja – favur mhux mistħoqq – meta nemmnu u nobdu – dejjem jekk nibqgħu sħaħ sal-aħħar.

Aħna salvi:
1. Bil-GRAZZJA
Atti 15:11 – “Wara kollox aħna nemmnu, li bħalhom, aħna nsalvaw permezz tal-grazzja tal-Mulej Ġesù.”

Pero’ t-Testment il-Ġdid isemmi mill-inqas 39 terminu ieħor (uħud minnhom relatati) li bihom aħna salvi. Hemm minnhom jaqaw taħt l-umbrella ta’ affarijiet li rridu nagħmlu aħna u oħrajn jappartjenu għall-Mulej:

2. Bit-TAMA
Rumani 8:24 – “Għax bit-tama aħna salvi…”

3. Bl-IMĦABBA
1 Ġwanni 3:14 – “Nafu li għaddejna mill-mewt għall-ħajja; dan nafuh għax inħobbu lil ħutna; min ma jħobbx jinsab fil-mewt.”

4. Bit-TAGĦLIM
1 Timotju 4:16 – “Għasses fuqek innifsek u fuq it-tagħlim tiegħek; żomm sħiħ f’dawn il-ħwejjeġ, għax, jekk tagħmel hekk, issalva lilek innifsek u lil dawk li jisimgħuk.”

5. Billi NIBQGĦU FIDILI SA L-AĦĦAR
Matthew 10:22 – “U tkunu mibgħudin mill-bnedmin kollha minħabba f’ismi; iżda dak li jibqa’ sa l-aħħar ikun salvat.”

6. Bis-SABAR tal-Mulej
2 Pietru 3:15 – “Is-sabar li bih il-Mulej jeħodna qisuh bħala salvazzjoni tagħna…”

7. Bid-DEMM TA’ KRISTU
1 Pietru 1:18-19 – “Kunu afu li intom kontu mifdija mill-ħajja tagħkom fiergħa li ħadtu mingħand missirijietkom, mhux b’xi ħaġa li tintemm, bħalma hi l-fidda jew id-deheb, imma bid-demm għażiż ta’ Kristu, li kien bħal ħaruf bla għajb u bla tebgħa.”

8. Permezz tal-ĦAJJA TA’ KRISTU
Rumani 5:10 – “Jekk meta konna għanda għedewwa ta’ Alla tħabbibna miegħu bis-saħħa tal-mewt ta’ Ibnu, kemm iktar issa, li aħna ħbieb miegħu, insalvaw permezz tal-ħajja tiegħu?”

9. Bl-EVANĠELJU
1 Korintin 15:1-2 – “Ħuti, irrid infakkarkom fl-Evanġelju li intom ilqajtu u li fih qegħdin iżżommu sħiħ. Bih intom salvi bil-kelma li jien ħabbartilkom, jekk ma emmintux bl-addoċċ.”

10. Bil-KELMA
Ġakbu 1:21 – “Neħħu għalhekk minn fuqkom kull ma hu mniġġes u kull fdal ta’ ħażen, u ilqgħu bil-ħlewwa l-kelma mħawla fikom, li tista’ ssalvalkom ruħkom.”

11. Bl-ISKRITTURA
2 Timotju 3:15 – “Għax sa minn tfulitek ilek taf l-iskrittura mqaddsa, li tista’ tagħmlek għaref għas-salvazzjoni permezz tal-fidi, li hi fi Kristu Ġesù.”

12. Billi NSEJĦU L-ISEM TAL-MULEJ
Atti 2:21 – “U jiġri li kull min isejjaħ isem il-Mulej ikun salv.”

13. Bil-PREDIKAZZJONI
1 Korintin 1:21 – “Forsi Alla ma bellahx il-għerf tad-dinja? U billi, fil-għerf ta’ Alla, id-dinja b’għerfha ma għarfitx lil Alla, Alla għoġbu jsalva lil min jemmen bil-bluha tal-predikazzjoni.”

14. Bil-FIDI
Lhud 11:6 – “Mingħajr il-fidi ma jistax ikun li wieħed jogħġob lil Alla. Għax kull min jersaq lejn Alla jaħtieġlu jemmen li Alla jeżisti u li hu jagħti l-ħlas xieraq lil dawk li jfittxuh.”

15. Bit-TWEMMIN
Ġwanni 3:16 – “Għax Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem.”

16. BI STQARRIJA TAL-FIDI TA’ DAK LI JKUN FIL-MULEJ
Rumani 10:9-10 – “Jekk tistqarr b’fommok, “Ġesù hu l-Messija”, u temmen b’qalbek li Alla qajmu mill-imwiet, inti ssalva. Wieħed jemmen f’qalbu biex ikollu l-ġustizzja u jistqarr b’xofftejh biex ikollu s-salvazzjoni.” (ara Atti 8:35-39).

17. Bl-INDIEMA
Luqa 13:3 – “jekk ma tindmux, ilkoll tintilfu bħalhom.”

18. Bil-MAGĦMUDIJA
Mark 16:16 – “Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat.”

19. Bl-UBBIDJENZA
Lhud 5:9 – “U billi kien magħmul perfett, sar awtur tas-salvazzjoni ta’ dejjem għal dawk kollha li jobduh.”

20. BILLI WIEĦED JGĦAMMAR FIL-MULEJ
Rumani 8:1 – “Mela issa ma hemm ebda kundanna għal dawk li jgħixu fl-għaqda ma’ Kristu Ġesù. Għax il-liġi tal-Ispirtu li jagħti l-ħajja fi Kristu Ġesù ħelsitni mil-liġi tad-dnub u tal-mewt.”

21. Bil-KUXJENZA (MHUX VJOLENTATA)
Rumani 14:23 – “Min jiekol bid-dubju hu ikkundannat għax mhux miexi skont il-konvinzjoni tal-kuxjenza tal-fidi, u kullma ma hux mill-konvinzjoni tal-fidi hu dnub.”

22. Billi MMUTU GĦALL-ĦAJJA MIDINBA
Rumani 6:12, 13, 16 – “Tħallux, mela, li d-dnub isaltan fuq dan il-ġisem tagħkom li jmut u toqogħdu għall-ġibdiet tiegħu; anqas ma għandkom tħallu l-membri ta’ ġisimkom isiru għodda ta’ inġustizzja għas-servizz tad-dnub; imma offru ruħkom lil Alla bħala nies li reġgħu mill-mewt għall-ħajja ħalli l-membri ta’ ġisimkom isiru għodda tal-ġustizzja għas-servizz ta’ Alla għall-ġustizzja tagħkom…Ma tafux li jekk intom toffru ruħkom lil xi ħadd b’ilsiera biex tobduh, ta’ min tkunu tobdu tkunu l-ilsiera, kemm jekk dan ikun id-dnub, li jwassal għall-mewt, u kemm jekk tkun l-ubbidjenza li twassal għal ġustifikazzjoni?”

23. BIŻA’ T’ ALLA
Atti 10:34-35 – “Pietru qabad jitkellem u qal: “Issa tassew qiegħed nifhem li Alla ma jħares lejn wiċċ ħadd, imma jilqa’ lil kull min għandu l-biża’ tiegħu u jagħmel is-sewwa, ikun minn liema poplu jkun.”

24. Billi NAĦFRU LILL-OĦRAJN
Mattew 6:14-15 – “Għax jekk intom taħfru lill-bnedmin il-ħtijiet tagħhom, Missierkom li hu fis-smewwiet jaħfer lilkom ukoll. Imma jekk intom ma taħfrux lill-bnedmin il-ħtijiet tagħhom, anqas Missierkom ma jaħfer lilkom il-ħtijiet tagħkom.”

25. B’ALLA L-MISSIER
2 Timotju 1:8-9 – “Mela tistħi xejn minħabba fix-xhieda għal Sidna, anqas minħabba fija, priġunier tiegħu, imma aqsam miegħi t-tbatija għal l-evanġelju, u afda fil-qawwa ta’ Alla, li salvana u sejħilna b’sejħa qaddisa, mhux għax qies l-opri tagħna, imma skont il-pjan tiegħu stess u skont il-grazzja tiegħu. Din il-grazzja tahielna qabel iż-żmien tal-eternità fi Kristu Ġesù.”

26. Bil-QDUSIJA
Lhud 12:14 – “Fittxu li żżommu s-sliem ta’ kulħadd u li jkollkom il-qdusija, li mingħajrha ħadd ma jara ’l Alla.”

27. BL-UMILTÁ
1 Pietru 5:5-6 – “Hekk ukoll intom iż-żgħażagħ, oqogħdu għall-kelma tal-presbiteri. Ilkoll kemm intom, imbagħad ilbsu l-umiltà ma’ xulxin għax Alla jeqfilhom lill-kburin, imma lil l-umli jagħtihom il-grazzja tiegħu. Kunu mela umli taħt l-id setgħana ta’ Alla, biex hu jerfagħkom meta jkun il-waqt.”

28. Bil-ĦNIENA TA’ ALLA
Titu 3:5 – “Hu salvana bil-ħasil ta’ twelid ġdid u t-tiġdid tal-Ispirtu Qaddis, mhux minħabba l-opri tajba li stajn agħmilna aħna, iżda minħabba l-ħniena tiegħu.”

29. B’ĠESÙ KRISTU
Mattew 1:21 – “Hi se jkollha iben, u inti ssemmih Ġesù, għax hu jsalva l-poplu tiegħu minn dnubiethom.”

30. Permezz TAGĦNA NFUSNA
Atti 2:37, 40 – “Dan il-kliem li semgħu laqtilhom qalbhom, u qalu lil Pietru u lil l-appostli l-oħra: “L-aħwa, x’għandna nagħmlu aħna?….U b’ħafna kliem ieħor tahom xhieda u wissiehom billi qalilhom: “Salvaw lilkom infuskom minn dan in-nisel ħażin.”

31. Permezz TA’ NIES OĦRA
1 Korintin 9:22 – “Sirt dgħajjef mad-dgħajfin, biex nirbaħ id-dgħajfin. Sirt kollox ma’ kulħadd, biex insalva lil kulħadd.”

32. Permezz TA’ KLIEM
Atti 11:13-14 – “Hu għarrafna kif kien ra l-anġlu f’daru, wieqaf quddiemu, u qallu, ‘Ibgħat lil xi ħadd iġib minn Ġaffa lil Xmun, li jgħidulu Pietru; u hu jgħidlek kliem li bih issalva, int u l-familja tiegħek kollha.’”

33. Permezz TA’ REALIZZAZZJONI TAD-DNUBIET TA’ DAK LI JKUN
Rumani 3:10, 23 – “Kif hemm miktub: “Ħadd, ebda wieħed, ma hu ġust…Il-bnedmin kollha dinbu u ċċaħdu mill-glorja ta’ Alla.”

34. Permezz tal-PERSEVERANZA
a. Rumani 2:7-8 – “Jagħti l-ħajja ta’ dejjem lil dawk li jipperseveraw sa l-aħħar fil-għemil it-tajjeb, u jkunu fittxew il-glorja u l-ġieh u l-ħajja; imma jerfa’ l-korla u l-qilla għal dawk li ma jridu jisimgħu xejn; u jirvellaw kontra l-verità biex imbagħad joqogħdu għall-ħażen.”

35. Permezz tal-QAWMIEN TA’ KRISTU
1 Korintin 15:12-20 – “U jekk Kristu ma kienx imqajjem, fiergħa l-fidi tagħkom, u intom għadkom fi dnubietkom.”

36. Bil-ĠUSTIZZJA
Rumani 10:1-3 – “Ħuti, nixtieq tassew minn qalbi nitlob quddiem Alla li niesi jsalvaw. Jien xhud għalihom li huma għandhom iż-żelu għal Alla, iżda dan iż-żelu mhux mibni fuq il-għerf veru. Ma għarfux il-ġustizzja ta’ Alla, imma fettxew il-ġustizzja tagħhom, u għalhekk ma qagħdux għall-ġustizzja ta’ Alla.”

37. Bl-ISPIRTU
Rumani 8:11 – “Jekk l-Ispirtu ta’ dak li qajjem lil Ġesù mill-imwiet igħammar fikom, Alla stess li qajjem lil Kristu mill-imwiet iqajjem għall-ħajja wkoll il-ġisem mejjet tagħkom, bis-saħħa tal-Ispirtu li jgħammar fikom.”

38. Bl-OPRI, (GĦEMEJJEL)
Mattew 25:31-46 – “31Meta jiġi Bin il-bniedem fil-glorja tiegħu u bl-anġli kollha miegħu, imbagħad joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu. 32U quddiemu jinġabru l-ġnus kollha, u hu jifridhom minn xulxin, bħalma r-ragħaj jifred in-ngħaġ mill-mogħoż; 33In-ngħaġ iqegħedhom fuq il-lemin tiegħu u l-mogħoż fuq ix-xellug. 34Imbagħad is-Sultan igħid lil dawk ta’ fuq il-lemin tiegħu, ‘Ejjew, imberkin minn Missieri, ħudu b’wirt tagħkom is-Saltna li thejjiet għalikom sa mis-sisien tad-dinja. 35Għax kelli l-ġuħ, u 𝐭𝐚𝐣𝐭𝐮𝐧𝐢 𝐧𝐢𝐞𝐤𝐨𝐥: kelli l-għatx, u 𝐭𝐚𝐣𝐭𝐮𝐧𝐢 𝐧𝐢𝐱𝐫𝐨𝐛: barrani kont, u 𝐥𝐪𝐚𝐣𝐭𝐮𝐧𝐢: 36Għarwien, u 𝐥𝐢𝐛𝐛𝐢𝐬𝐭𝐮𝐧𝐢: marid kont, u 𝐳̇𝐨𝐫𝐭𝐮𝐧𝐢: fil-ħabs kont, u 𝐠̇𝐞𝐣𝐭𝐮 𝐭𝐚𝐫𝐚𝐰𝐧𝐢. 37Imbagħad iwiġbuh in-nies sewwa, billi jgħidu: Mulej, meta rajniek bil-ġuħ, u tmajniek, jew bil-għatx, u sqejniek? 38Meta rajniek barrani, u lqajniek? Jew għarwien, u libbisniek? 39U meta rajniek marid, jew fil-ħabs, u gejna għandek? 40U s-Sultan iweġibhom u jgħid, ‘Tassew, ngħidilkom, kull ma għamiltu ma’ wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti, 𝐠ħ𝐚𝐦𝐢𝐥𝐭𝐮𝐡 miegħi.’

39. BILLI NAĦSBU FL-ISPIRITWALI
Rumani 8:6-8 – “Ix-xewqat tal-ġisem iwasslu għall-mewt; ix-xewqat tal-Ispirtu jwasslu għall-ħajja u s-sliem. Għalhekk ix-xewqat tal-ġisem huma għedewwa ta’ Alla; ma joqogħdux għal-liġi ta’ Alla, u anqas jistgħu joqogħdu. Dawk li jgħixu skont il-ġisem ma jistgħux jogħġbu lil Alla.”

40. BILLI NIMXU FID-DAWL
1 Ġwanni 1:7 – “Iżda jekk nimxu fid-dawl, kif inhu fid-dawl hu stess, aħna nissieħbu flimkien, u d-demm ta’ Ġesù Kristu Ibnu jnaddafna minn kull dnub.”

Artikli riċenti

  • Bil-Fidi BISS?
  • 40 Terminu li Bihom Aħna Salvi
  • “Bil-Grazzja intom Salvati”
  • L-Art se Tintemm?
  • Fidi Fietla

Kategoriji

  • Evidenza għal Kristu
  • Ewkaristija
  • Ġenerali
  • Ġesù hu Alla
  • Il-Ktieb ta' Danjel
  • Insibu rwol ta' 'Papa' fil-Bibbja?
  • Islam
  • Jiena Hu
  • Kalviniżmu
  • L-Ispirtu Ssantu u d-Doni Tiegħu
  • Liġi l-Antika
  • Magħmudija
  • Omosesswalita'
  • Parabboli
  • Profeziji fil-Bibbja
  • Purgatorju u Post l-Imwiet
  • Salvazzjoni
  • Satana
  • Sawm
  • Żwieġ, adulterju, divorzju

Vers tal-Bibbja tal-ġurnata

Until now you have not asked for anything in my name. Ask and you will receive, and your joy will be complete.
John 16:24

Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama - Versi u studju tal-Bibbja minn lenti Kristjana.

Għal artikli u lezzjonijiet aktar dettaljati segwi dawn il-websajts:

Knisja ta' Kristu f'Malta
Apologetics Press Topical Bible Studies
Gospel Way

©2026 Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama | Powered by Superb Themes