Jekk mara tiddivorzja lil żewġha, (jew viċi versa) hija xorta m’għandix dritt Bibbliku biex terġa tiżżewweġ (apparti f’każ ta’ żina kif imsemmi f’Mt 19:9).
Hija tista’ tieħu d-divorzju f’għajnejn il-liġi ċivili u tgħid li issa hija ‘mhux miżżewġa’. Imma dan ma jeħlisiex mir-rabta tagħha jew l-obbligazzjoni tal-patt lejn l-ewwel raġel tagħha.
L-ewwel patt taż-żwieġ tagħha jkun għadu jgħodd. l-unika għażla tagħha mela hija li tkun irrikonċiljata għal żewġha (il-wieħed li Alla jagħraf) jew inkella tibqa’ mhux miżżewġa.
Mara tista’ tkun ‘𝐦𝐢𝐳̇𝐳̇𝐞𝐰𝐰𝐠̇𝐚’ lil raġel partikolari, imma ‘𝐦𝐚𝐫𝐛𝐮𝐭𝐚’ ma’ raġel ieħor. Ir-rabta tirreferi għall-patt taż-żwieġ li Alla jżommok għalih. Żwieġ jirreferi għar-relazzjoni li fiha inti qed tgħix hekk kif magħrufa mis-soċjetà.
“𝐿𝑖𝑙 𝑑𝑎𝑤𝑘 𝑙𝑖 ℎ𝑢𝑚𝑎 𝑚𝑖𝑧̇𝑧̇𝑒𝑤𝑔̇𝑖𝑛 𝑛𝑜𝑟𝑑𝑛𝑎𝑙ℎ𝑜𝑚, 𝑚ℎ𝑢𝑥 𝑗𝑖𝑒𝑛, 𝑖𝑧̇𝑑𝑎 𝑙-𝑀𝑢𝑙𝑒𝑗, 𝑙𝑖 𝑙-𝑚𝑎𝑟𝑎 𝑚𝑎 𝑔ħ𝑎𝑛𝑑ℎ𝑖𝑒𝑥 𝑡ħ𝑎𝑙𝑙𝑖 𝑙𝑖𝑙 𝑧̇𝑒𝑤𝑔̇ℎ𝑎 – 𝑗𝑒𝑘𝑘 𝑡𝑖𝑔̇𝑖 𝑙𝑖 𝑡ħ𝑎𝑙𝑙𝑖ℎ, 𝑔ħ𝑎𝑛𝑑ℎ𝑎 𝑡𝑖𝑏𝑞𝑎’ 𝑏𝑙𝑎 𝑡𝑖𝑧̇𝑧̇𝑒𝑤𝑤𝑒𝑔̇ 𝑗𝑒𝑤 𝑡𝑒𝑟𝑔̇𝑎’ 𝑡𝑎𝑔ħ𝑚𝑒𝑙 𝑝𝑎𝑐̇𝑖 𝑚𝑎’ 𝑧̇𝑒𝑤𝑔̇ℎ𝑎 – 𝑢 𝑟-𝑟𝑎𝑔̇𝑒𝑙 𝑚𝑎 𝑔ħ𝑎𝑛𝑑𝑢𝑥 𝑗𝑖𝑡𝑙𝑎𝑞 𝑙𝑖𝑙 𝑚𝑎𝑟𝑡𝑢.”
1 Kor 7:10-11
Relazzjoni sesswali barra minn għaqda skritturali taż-żwieġ tikkonstitwixxi żina/ fornikazzjoni. Għalhekk, jekk il-mara tiddivorzja u terġa’ tiżżewweġ sakemm ir-raġel tagħha għadu ħaj, dak it-tieni żwieġ jikkostitwixxi adulterju.
“𝑖𝑙-𝑚𝑎𝑟𝑎 𝑚𝑖𝑧̇𝑧̇𝑒𝑤𝑔̇𝑎 ℎ𝑖 𝑚𝑎𝑟𝑏𝑢𝑡𝑎 𝑏𝑖𝑙-𝑙𝑖𝑔̇𝑖 𝑚𝑎’ 𝑧̇𝑒𝑤𝑔̇ℎ𝑎 𝑠𝑎𝑘𝑒𝑚𝑚 ℎ𝑢 𝑗𝑑𝑢𝑚 ħ𝑎𝑗; 𝑗𝑒𝑘𝑘 𝑧̇𝑒𝑤𝑔̇ℎ𝑎 𝑗𝑚𝑢𝑡 𝑡𝑖𝑛ħ𝑎𝑙𝑙 𝑚𝑖𝑙-𝑙𝑖𝑔̇𝑖 𝑡𝑎’ 𝑧̇𝑒𝑤𝑔̇ℎ𝑎. 𝐺ħ𝑎𝑙ℎ𝑒𝑘𝑘, 𝑠𝑎𝑘𝑒𝑚𝑚 𝑧̇𝑒𝑤𝑔̇ℎ𝑎 𝑗𝑘𝑢𝑛 𝑔ħ𝑎𝑑𝑢 ħ𝑎𝑗, 𝑗𝑒𝑘𝑘 𝑡𝑖𝑧̇𝑧̇𝑒𝑤𝑤𝑒𝑔̇ 𝑟𝑎𝑔̇𝑒𝑙 𝑖𝑒ħ𝑜𝑟, 𝑡𝑘𝑢𝑛 𝑎𝑑𝑢𝑙𝑡𝑒𝑟𝑎. 𝐽𝑒𝑘𝑘 𝑧̇𝑒𝑤𝑔̇ℎ𝑎 𝑗𝑚𝑢𝑡 ℎ𝑖 𝑡𝑘𝑢𝑛 ħ𝑖𝑒𝑙𝑠𝑎 𝑚𝑖𝑛𝑛 𝑑𝑖𝑘 𝑖𝑙-𝑙𝑖𝑔̇𝑖 𝑢 𝑗𝑒𝑘𝑘 𝑡𝑖𝑧̇𝑧̇𝑒𝑤𝑤𝑒𝑔̇ 𝑟𝑎𝑔̇𝑒𝑙 𝑖𝑒ħ𝑜𝑟, 𝑚𝑎 𝑡𝑘𝑢𝑛𝑥 𝑎𝑑𝑢𝑙𝑡𝑒𝑟𝑎.” Rum 7:2-3
