Id-dinja ta’ Hollywood tpinġi s-sess bħala xi ħaġa prattikata barra miż-żwieġ b’mod 𝐤𝐚𝐳̇𝐰𝐚𝐥𝐢. Minn naħa l-oħra, l-kelma t’Alla tgħallem ‘sess 𝐟𝐢𝐳̇-𝐳̇𝐰𝐢𝐞𝐠̇’.
Imma għalfejn mhux qabel?
Għax tkun qed tagħti kollox lil xi ħadd li ma kkommettiex ruħu għalik.
Għax il-ġibda fiżika tista’ tiġi mqarrqa ma’ mħabba.
Għax is-sess huwa qawwi biżżejjed biex iċajpar id-dixxerniment u taf jiġu njorati ċertu dettalji negattivi fl-atteġġjament tal-persuna u jwasslu biex tingħaqad mal-persuna li mhijiex addattata.
L-intimità tista’ ġġiegħlek tinjora sinjali ta’ twissija. Iż-żwieġ huwa patt mibni fuq l-impenn u r-responsabbiltà u s-sess huwa l-kolla li ssaħħaħ dak il-patt.
M’hemmx għalfejn isir tieġ li jiswa’ l-eluf. Sempliċiment wegħda quddiem rappreżentant t’Alla hija biżżejjed.
M’hemmx għalfejn dar lussuża. Hija l-imħabba ta’ bejn il-koppja li timla’ d-dar u mhux l-affarijiet materjali.
Li tagħmel sess fiż-żwieġ mhijiex restrizzjoni inutli imma 𝐝𝐞𝐜̇𝐢𝐳̇𝐣𝐨𝐧𝐢 𝐠ħ𝐚𝐪𝐥𝐢𝐣𝐚. L-istruzzjonijiet li ħalla Alla qegħdin hemm sabiex jipproteġuna.
“𝐺ħ𝑎𝑙ℎ𝑒𝑘𝑘 𝑖𝑟-𝑟𝑎𝑔̇𝑒𝑙 𝑖ħ𝑎𝑙𝑙𝑖 𝑙𝑖𝑙 𝑚𝑖𝑠𝑠𝑖𝑒𝑟𝑢 𝑢 𝑙𝑖𝑙 𝑜𝑚𝑚𝑢 𝑢 𝑗𝑖𝑛𝑔ħ𝑎𝑞𝑎𝑑 𝑚𝑎’ 𝑚𝑎𝑟𝑡𝑢 𝑢 𝑗𝑠𝑖𝑟𝑢 𝑔̇𝑖𝑠𝑒𝑚 𝑤𝑖𝑒ħ𝑒𝑑.” Ġenesi 2:24
