Menu
Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama
  • Home
  • Kategoriji
  • Videos
  • Midja soċjali
Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama

Petra vs Petros

Posted on by

Jgħid Ġesu’: “𝑈 𝑗𝑖𝑒𝑛𝑎 𝑛𝑔ħ𝑖𝑑𝑙𝑒𝑘: 𝐼𝑛𝑡𝑖 𝑃𝑖𝑒𝑡𝑟𝑢, 𝑢 𝑓𝑢𝑞 𝑑𝑖𝑛 𝑖𝑙-𝑏𝑙𝑎𝑡𝑎 𝑗𝑖𝑒𝑛𝑎 𝑛𝑖𝑏𝑛𝑖 𝑙-𝐾𝑛𝑖𝑠𝑗𝑎 𝑡𝑖𝑒𝑔ħ𝑖” Mt 16:18

Ħafna jassumi li Ġesu’ kien qed isejjaħ lil Pietru ‘blata’ u li l-knisja ta’ Kristu inbniet fuq Pietru. Hija din il-fehma bibblika?

Jekk immorru ftit versi qabel, Ġesu kien għadu kif staqsa lid-dixxipli tiegħu:
‘𝑀𝑖𝑛 𝑗𝑔ħ𝑖𝑑𝑢 𝑛-𝑛𝑖𝑒𝑠 𝑙𝑖 ℎ𝑢 𝐵𝑖𝑛 𝑖𝑙-𝑏𝑛𝑖𝑒𝑑𝑒𝑚?’
Kien Pietru li wieġeb b’mod korrett:
‘𝐼𝑛𝑡𝑖 𝑙-𝑀𝑒𝑠𝑠𝑖𝑗𝑗𝑎, 𝐵𝑖𝑛 𝐴𝑙𝑙𝑎 𝑙-ħ𝑎𝑗.’
U Ġesu’ wieġbu:
‘𝐼𝑛𝑡 𝑃𝑖𝑒𝑡𝑟𝑢 (bil-Grieg – PETROS – stone – male gender) 𝑢 𝑓𝑢𝑞 𝑑𝑖𝑛 𝑖𝑙-𝑏𝑙𝑎𝑡𝑎 (bil-Grieg insibu – PETRA – a massive foundational rock – feminine gender) 𝑗𝑖𝑒𝑛𝑎 𝑛𝑖𝑏𝑛𝑖 𝑙-𝐾𝑛𝑖𝑠𝑗𝑎 𝑡𝑖𝑒𝑔ħ𝑖.’

Ġesu uża kelma differenti għal ‘Pietru’ u għal ‘blata’, mela ma kienx qed jgħidilna li ha jibni il-Knisja tiegħu fuq bniedem uman, Pietru. Il-blata li kien qed jirrerferi għaliha Ġesu kienet l-𝐈𝐒𝐓𝐐𝐀𝐑𝐑𝐈𝐉𝐀 ta’ Pietru: ‘Inti l-Messijja, Bin Alla l-ħaj.’

Jekk induru għall-versi oħra fill-Bibbja dwar fuq min hija mibnija l-Knisja, ukoll insibu li 𝗵𝘂𝘄𝗮 𝗚̇𝗲𝘀𝘂’ 𝗹-𝗽𝗲𝗱𝗮𝗺𝗲𝗻𝘁, u mhux Pietru.
1Kor 3:11 “Pedament iehor ħadd ma jista’ jqiegħed ħlief dak li ġa tqiegħed; u 𝐝𝐚𝐧 𝐡𝐮 𝐆̇𝐄𝐒𝐔 𝐊𝐑𝐈𝐒𝐓𝐔.”
Efesin 5:23 “Kristu hu 𝗿𝗮𝘀 𝗶𝗹-𝗞𝗻𝗶𝘀𝗷𝗮”
Kolossin 1:13-18 “Ibnu l-Maħbub…𝗵𝘂 𝗿-𝗥𝗮𝘀 𝘁𝗮𝗹-𝗚̇𝗶𝘀𝗲𝗺, li hu l-Knisja.”

Interessanti li l-Knisja Kattolika tammetti li din hija tifsira korretta. Fill-Katekiżmu, paragrafu 424, insibu miktub:
“Imbuttati mill-grazzja tal-Ispirtu Ssantu u miġbudin mill-missier, aħna nemmnu u nistqarru dwar Ġesu: ‘Inti Kristu, l-Iben ta’ Alla l-ħaj’ (Mt 16,16). Hu 𝗳𝘂𝗾 𝗶𝗹-𝗯𝗹𝗮𝘁𝗮 𝘁𝗮’ 𝗱𝗶𝗻 𝗶𝗹-𝗳𝗶𝗱𝗶, 𝗹𝗶 𝘀𝘁𝗾𝗮𝗿𝗿 𝗦𝗮𝗻 𝗣𝗶𝗲𝘁𝗿𝘂, li Kristu bena l-Knisja tiegħu (ara Mt16,18).” Tassew, il-blata hija l-fidi mistqarra minn Pietru, “Inti Kristu, l-Iben ta’ Alla l-haj.”
.
.
.
Qal hekk fid-diskors tiegħu l-isqof Scicluna (2016):
Ġesù lil din il-Knisja ħerqana fit-talb, qalilha kliem ta faraġ, bnieha fuq il-BLATA TA’ FIDI ta’ Pietru “is-setgħat tal-infern” qal, “ma jegħlbuhiex” (Mt 16, 18). Illum niftakru fil-kliem ta’ Ġesù: is-setgħat tal-infern ma jegħlbux il-Knisja ta’ Ġesù għaliex hija mibnija fuq il-fidi li nissel Pietru, li STQARR Pietru, li xehed għaliha bit-tixrid ta’ demmu. “Inti l-Messija, Bin Alla l-ħaj, fik Ġesù ta’ Nazaret iseħħ l-wegħdiet kollha. Inti l-Midluk, il-Kristu, is-Salvatur. Inti l-Iben ta’ Alla l-ħaj, is-Sid tal-istorja”

Artikli riċenti

  • Kalviniżmu
  • TULIP – Total Depravity
  • TULIP – Unconditional Election
  • Jilqa’ lil kulħadd
  • Iħenn għal min irid

Kategoriji

  • Ewkaristija
  • Ġenerali
  • Ġesù hu Alla
  • Il-Ktieb ta' Danjel
  • Insibu rwol ta' 'Papa' fil-Bibbja?
  • Kalviniżmu
  • l-Ispirtu Ssantu
  • Liġi l-Antika
  • Magħmudija
  • Parabboli
  • Profeziji fil-Bibbja
  • Salvazzjoni
  • Wara l-mewt fiżikali
  • żgħażagħ

Vers tal-Bibbja tal-ġurnata

Give proper recognition to those widows who are really in need.
1 Timothy 5:3

Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama - Versi u studju tal-Bibbja minn lenti Kristjana.

Għal artikli u lezzjonijiet aktar dettaljati segwi dawn il-websajts:

Knisja ta' Kristu f'Malta
Apologetics Press Topical Bible Studies
Gospel Way

©2026 Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama | Powered by Superb Themes