Argument li nisimgħu ta’ spiss huwa dan:
“Lit-trabi ma toqgħodx tistennihom jikbru biex issaqsihom iridux jieklu jew jixorbu, jew jekk iridux imorru skola. Hekk ukoll il-magħmudija, għandek tgħammidhom meta jkunu trabi ħalli jkunu daħlu fil-familja ta’ Alla.”
Hija l-isbaħ xewqa ta’ ġenitur li uliedu jidħlu fil-familja ta’ Alla.
Bħalma hija r-responsabilta tal-ġenituri li jitimgħu lil uliedhom u jibgħathom l-iskola, hekk ukoll hija responsabilta tal-ġenituri li jagħtuhom tagħlim Kristjan li jista jwassalhom għas-salvazzjoni l-quddiem.
‘𝑈 𝑖𝑛𝑡𝑜𝑚 𝑖𝑙-𝑚𝑖𝑠𝑠𝑖𝑟𝑖𝑗𝑖𝑒𝑡, 𝑖𝑔̇𝑔̇𝑎𝑟𝑟𝑏𝑢ℎ𝑜𝑚𝑥 𝑖𝑧̇𝑧̇𝑒𝑗𝑗𝑒𝑑 𝑙𝑖𝑙 𝑢𝑙𝑖𝑒𝑑𝑘𝑜𝑚; 𝑖𝑧̇𝑑𝑎 𝑟𝑎𝑏𝑏𝑢ℎ𝑜𝑚 𝑓𝑖𝑑-𝑑𝑖𝑥𝑥𝑖𝑝𝑙𝑖𝑛𝑎 𝑢 𝑡-𝑡𝑤𝑖𝑑𝑑𝑖𝑏 𝑡𝑎𝑙-𝑀𝑢𝑙𝑒𝑗.’ Efesin 6:4
Imma d-deċiżjoni li titwieled mill-ġdid permezz tal-magħmudija, fl-aħħar mill-aħħar hija deċiżjoni personali bħal ma hija deċizjoni personali per eżempju li tivvota għal partit politiku partikolari. (Żgur li ħadd ma jsaqsi lit-tarbija tiegħu dwar lil min tixtieq tivvota.)
Hija d-deċizjoni tal-persuna li tgħodd u mhux x’jiddeċiedi ħaddieħor għaliha.
Għalkemm hija azzjoni b’rieda tajba, ma jservi ta’ xejn it-tbexxix tat-trabi bi ftit ilma.
Ir-rekwiżiti għall-magħmudija skritturali huma li wieħed irid:
-Jemmen
-Jindem minn dnubietu
Tarbija ma tistgħax tagħmel dan u għalhekk mijiex eliġibli għall-magħmudijja.
