➳ Mill-pinna tal-qassis Kattoliku Ġorġ Dalli:
“Nitkellmu ċar mill-ewwel: L-ordni ta’ Ġesu’ lid-dixxipli biex jgħammdu 𝐳̇𝐠𝐮𝐫 𝐥𝐢 𝐪𝐚𝐭𝐭 𝐦𝐚 𝐤𝐢𝐞𝐧𝐞𝐭 𝐨𝐫𝐝𝐧𝐢 𝐛𝐢𝐞𝐱 𝐣𝐢𝐭𝐠ħ𝐚𝐦𝐦𝐝𝐮 𝐭-𝐭𝐫𝐚𝐛𝐢…
Għal Ġesu’ u d-dixxipli l-magħmudija hi l-quċċata ta’ tagħlim u preparazzjoni. “𝑀𝑜𝑟𝑟𝑢, 𝑚𝑒𝑙𝑎, 𝑎𝑔ħ𝑚𝑙𝑢 𝑑𝑖𝑥𝑥𝑖𝑝𝑙𝑖 𝑚𝑖𝑙𝑙-𝑔̇𝑛𝑢𝑠 𝑘𝑜𝑙𝑙ℎ𝑎, 𝑢 𝑔ħ𝑎𝑚𝑚𝑑𝑢ℎ𝑜𝑚” qalilna Ġesu’ f’Mt 28:19
“𝑀𝑜𝑟𝑟𝑢 𝑓𝑖𝑑-𝑑𝑖𝑛𝑗𝑎 𝑘𝑜𝑙𝑙ℎ𝑎, 𝑥𝑎𝑛𝑑𝑟𝑢 𝑙-𝐸𝑣𝑎𝑛𝑔̇𝑒𝑙𝑗𝑢 𝑙𝑖𝑙𝑙-ħ𝑜𝑙𝑞𝑖𝑒𝑛 𝑘𝑜𝑙𝑙𝑢. 𝑀𝑖𝑛 𝑗𝑒𝑚𝑚𝑒𝑛 𝑢 𝑗𝑖𝑡𝑔ħ𝑎𝑚𝑚𝑒𝑑, 𝑖𝑠𝑎𝑙𝑣𝑎” qalilna f’Mark 16:15.
Il-magħmudija tal-Bibbja timplika li qabel il-persuna li se titgħammed tkun aċċettat il-bxara t-tajba f’ħajjitha…
Il-magħmudija hi wara l-fidi. Inti trid temmen f’Alla l-Missier, ħaj u veru; inti trid temmen f’ Ġesu’ Kristu li hu bagħat; inti trid temmen fl-Ispirtu Ssantu li jagħti l-ħajja, imbagħad titgħammed fl-isem tal-Missier, tal-Iben u ta’ l-Ispirtu Ssantu.
Din hi t-teoloġija tal-magħmudija li nsibu fil-vanġelu.”
