Ġesu jagħti l-awtorita lil Pietru ‘to act on his behalf’ f’Mt 16:19: “Jiena nagħtik l-imfietaħ tas-Saltna tas-Smewwiet, u kulma torbot fuq l-art ikun marbut fis-smewwiet, u kulma tħoll fuq l-art ikun maħlul fis-smewwiet.”
Ġesu ta l-istess awtorita lit-𝐭𝐧𝐚𝐱 𝐢𝐝-𝐝𝐢𝐱𝐱𝐢𝐩𝐥𝐮 f’Matthew 18:18: “Tassew ngħidilkom, li kulma torbtu fuq l-art ikun marbut fis-sema, u kulma tħollu fuq l-art ikun maħlul fis-sema.”
Il-kunċett ta’ li ‘tiftaħ u tagħlaq bil-muftieħ’ huwa l-istess kunċett bħal li ‘tħoll u torbot’. Qed jitkellem dwar l-awtorita li tagħhom biex iħabbru liema ‘behavior’ huwa approvat, u skond dan, liema affarijiet huma dnubiet u liema le, u liema dnubiet huma maħfura u liema le (cioe dawk li wieħed ma jindimx minnhom).
L-istess ordni Ġesu reġa tagħha lid-dixxipli tiegħu fil-kummisjoni l-kbira, li naqraw dwarha f’ Mt 28:16-20, Mk 16:14-18, Lq 24:36-49, Ġwanni 20:19-23, Atti 1 6-8.
Fit-Mt 16:19, 28:18 u fil-Kummissjoni l-Kbira, għalkemm Ġesu uża kliem differenti, il-messaġġ kien l-istess wieħed: “go preach the terms of forgiveness on my behalf.”
Għalmuhom x’inhu tajjeb u ħażin, kunu messaġġiera tiegħi.
F’isem Ġesu, d-dixxipli tiegħu kellhom iżommu dixxiplina fejn jitħol tagħlim u jagħmlu l-istandards morali skond kif tgħallmu mingħand Ġesu, għalhekk kellhom ixandru liema mġieba taqa’ taħt il-kategorija ta’ dnub u liema le.
