Iᴋʟᴀ ᴛᴀʟ-Mᴜʟᴇᴊ – Pᴀʀᴛ 14
Sagrifiċċju huwa offerta lil Alla.
Fit-Testment il-Qadim, Alla ta struzzjonijiet lill-poplu tiegħu biex jagħmel offerti ta’ annimali bla tebgħa permezz ta’ qassis, bħala tpattija għad-dnubiet.
Meta miet Ġesu’, il-purtiera tat-tempju li kienet tgħatti l-‘Holy of Holies’ iċċartet fi tnejn (Mattew 27:51). B’dan is-sinjal, Alla wera li s-saċerdozju tat-Testment il-Qadim ma kienx għadu meħtieġ.
M’għadx hemm bżonn medjatur fuq l-art bejn Alla u l-bniedem kif kien jeżisti fis-saċerdozju tat-Testment il-Qadim.
Issa n-nies jaslu direttament għand Alla permezz ta’ Ġesù Kristu (Lhud 4:14-16).
Ġesù sar il-“Ħaruf tas-sagriċċju” għalina, is-sagrifiċċju li jpatti għal dnubietna, sagrifiċċju li sar darba u jibqa’ jgħodd għal dejjem..
“Għax wieħed hu Alla, u wieħed hu l-medjatur bejn Alla u l-bniedem, il-Bniedem Kristu Ġesù, li ta lilu nnifsu bħala prezz tal-fidwa għal kulħadd” 1 Timotju 2:5
Issa kull Kristjan huwa saċerdot:
“U intom ukoll, bħal ġebel ħaj, inbnew f’dar spiritwali, 𝐬𝐚𝐜̇𝐞𝐫𝐝𝐨𝐳𝐣𝐮 𝐪𝐚𝐝𝐝𝐢𝐬, biex toffru 𝐬𝐚𝐠𝐫𝐢𝐟𝐢𝐜̇𝐜̇𝐣𝐢 𝐬𝐩𝐢𝐫𝐢𝐭𝐰𝐚𝐥𝐢 li jogħġbu ’l Alla permezz ta’ Ġesù Kristu…Imma intom ġens maħtur, saċerdozju rjali, nazzjon qaddis, poplu li Alla kiseb għalih, biex ixxandru t-tifħir ta’ dak li sejħilkom mid-dlam għad-dawl tiegħu tal-għaġeb.” 1 Pt 2:5-9
Filwaqt li m’għadx għandna bżonn noffru offerti fiżiċi lil Alla bħal fi żmien it-Testment il-Qadim, Alla xorta jitlob mingħandna qima w’tifħir bħala “sagrifiċċji ħaj” lilu.
It-tifħir huwa mod kif nagħtu lil Alla l-attenzjoni sħiħa tagħna u nirrikonoxxuh bħala s-Sid tagħna.
“Nitlobkom, l-aħwa, għall-ħniena ta’ Alla, 𝐨𝐟𝐟𝐫𝐮 𝐠̇𝐢𝐬𝐢𝐦𝐤𝐨𝐦 𝐛’𝐬𝐚𝐠𝐫𝐢𝐟𝐢𝐜̇𝐜̇𝐣𝐮 ħ𝐚𝐣, qaddis, jogħġob lil Alla, jiġifieri l-𝐪𝐢𝐦𝐚 𝐬𝐩𝐢𝐫𝐢𝐭𝐰𝐚𝐥𝐢 𝐭𝐚𝐠ħ𝐤𝐨𝐦” Rumani 12:1
“B’Ġesù, mela, ejjew noffru f’kull ħin lil Alla s𝐚𝐠𝐫𝐢𝐟𝐢𝐜̇𝐜̇𝐣𝐮 𝐭𝐚’ 𝐭𝐢𝐟ħ𝐢𝐫, jiġifieri 𝐥-𝐤𝐞𝐥𝐦𝐚 𝐭𝐚’ 𝐱𝐮𝐟𝐟𝐭𝐞𝐣𝐧𝐚 𝐥𝐢 𝐭𝐢𝐬𝐭𝐪𝐚𝐫𝐫 𝐢𝐬𝐦𝐮.” Lhud 13:15
Fiż-żmien tal-Knisja ta’ Kristu, ngħixu fid-dawl tas-sagrifiċċju meritevoli ta’ Kristu għalina filwaqt li noffru wkoll ħajjitna bħala sagrifiċċju ħaj u qaddis.
