Għalkemm il-Bibbja tgħid li wieħed għandu jemmen u jindem sabiex ikun eliġibli għall-magħmudija – affarijiet li tarbija żgur ma tistgħax tagħmel – ikun hemm min jipprova jiġġustifika magħmudija ta’ trabi billi jgħid li fil-Bibbja jissemma li tgħammdu ‘households’ sħaħ.
Imma l-fatt li nafu li wieħed irid jemmen u jindem qabel jitgħammed, awtomatikament jindikalek li tfal mela ma setgħux tgħammdu.
F’Atti 16, Pawlu u Silas ħabbru l-vanġelu lil gwardjan tal-ħabs u “lil dawk kollha li kienu f’daru” – dan itina x’nifhmu li l-membri tal-familja kienu kapaċi jifhmu. Ma kinux se jħabbru l-vanġelju lil tarbija li ma tifhimhomx.
F’ Atti 18 naqraw hekk: “Krispu, il-kap tas-sinagoga, u l-familja tiegħu kollha EMMNU fil-Mulej, u ħafna mill-Korintin, li kienu jisimgħu lil Pawlu, EMMNU huma wkoll u tgħammdu.”
Tagħmel sens li għalkemm issemmiet familja, il-membri ta din il-familja kienu ta’ eta li jistgħu jifhmu u għalhekk jemmnu. Kien wara dan il-pass li huma tgħammdu.
