Menu
Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama
  • Home
  • Kategoriji
  • Videos
  • Midja soċjali
Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama

Issemmi Purgatorju l-Bibbja?

Posted on by

Għalkemm il-Bibbja ma ssemmix il-kelma ‘purgatorju’, jintużaw xi passaġġi biex jinħoloq dan il-kunċett. Pero’ meta wieħed jaqra l-kuntest ta’ dawn il-passaġġi, joħroġ ċar li n-narraturi mhumiex jitkellmu dwar purgatorju:

🔥

 Matthew 12:32 “𝑈 𝑗𝑒𝑘𝑘 𝑥𝑖 ħ𝑎𝑑𝑑 𝑗𝑔ħ𝑖𝑑 𝑥𝑖 ħ𝑎𝑔̇𝑎 𝑘𝑜𝑛𝑡𝑟𝑎 𝐵𝑖𝑛 𝑖𝑙-𝑏𝑛𝑖𝑒𝑑𝑒𝑚 𝑡𝑖𝑛ħ𝑎𝑓𝑖𝑟𝑙𝑢; 𝑖𝑧̇𝑑𝑎 𝑚𝑖𝑛 𝑗𝑖𝑡𝑘𝑒𝑙𝑙𝑒𝑚 𝑘𝑜𝑛𝑡𝑟𝑎 𝑙-𝐼𝑠𝑝𝑖𝑟𝑡𝑢 𝑠-𝑆𝑎𝑛𝑡𝑢 𝑚𝑎 𝑗𝑘𝑜𝑙𝑙𝑢𝑥 𝑚𝑎ħ𝑓𝑟𝑎, 𝑙𝑎 𝑓’𝑑𝑖𝑛 𝑖𝑑-𝑑𝑖𝑛𝑗𝑎 𝑢 𝑙𝑎𝑛𝑞𝑎𝑠 𝑓’𝑙𝑖 𝑔̇𝑒𝑗𝑗𝑎.”

Dan il-passaġġ ifhiem li la issa u lanqas fl-eterenita’ m’hu se jinħafer dak it-tip ta’ dnub. Qatt m’hu se jinħafer. Ma jissemmiex purgatorju hawnhekk. Infatti, l-‘parallel passage’ (Mark 3:29) jgħid hekk: “𝐼𝑚𝑚𝑎 𝑚𝑖𝑛 𝑗𝑖𝑒𝑞𝑎𝑓 𝑙𝑖𝑙𝑙-𝐼𝑠𝑝𝑖𝑟𝑡𝑢 𝑠-𝑆𝑎𝑛𝑡𝑢 𝑚𝑎 𝑗𝑘𝑜𝑙𝑙𝑢 𝑞𝑎𝑡𝑡 𝑚𝑎ħ𝑓𝑟𝑎; 𝑗𝑖𝑏𝑞𝑎’ ħ𝑎𝑡𝑖 𝑔ħ𝑎𝑙 𝑑𝑒𝑗𝑗𝑒𝑚.”
——————————————–

🔥

 Matthew 5:25-26 “𝐿𝑖𝑙 𝑚𝑖𝑛 𝑖𝑘𝑢𝑛 𝑠𝑒 𝑗𝑡𝑒𝑙𝑙𝑔ħ𝑒𝑘 𝑖𝑙-𝑞𝑜𝑟𝑡𝑖 ħ𝑢𝑑𝑢 𝑏𝑖𝑙-𝑘𝑒𝑙𝑚𝑎 𝑡-𝑡𝑎𝑗𝑏𝑎 𝑚𝑖𝑙𝑙-𝑎𝑘𝑡𝑎𝑟 𝑓𝑖𝑠 𝑤𝑎𝑞𝑡 𝑙𝑖 𝑡𝑘𝑢𝑛 𝑔ħ𝑎𝑑𝑒𝑘 𝑚𝑖𝑒𝑔ħ𝑢 𝑓𝑖𝑡-𝑡𝑟𝑖𝑞, 𝑙𝑖 𝑚𝑎 𝑗𝑚𝑢𝑟𝑥 𝑗𝑎𝑔ħ𝑡𝑖𝑘 𝑓’𝑖𝑑𝑒𝑗𝑛 𝑙-𝑖𝑚ħ𝑎𝑙𝑙𝑒𝑓, 𝑢 𝑙-𝑖𝑚ħ𝑎𝑙𝑙𝑒𝑓 𝑓’𝑖𝑑𝑒𝑗𝑛 𝑙-𝑔ħ𝑎𝑠𝑠𝑖𝑒𝑠, 𝑢 ℎ𝑒𝑘𝑘 𝑖𝑠𝑠𝑖𝑏 𝑟𝑢ħ𝑒𝑘 𝑓𝑖𝑙-ħ𝑎𝑏𝑠. 𝑇𝑎𝑠𝑠𝑒𝑤 𝑛𝑔ħ𝑖𝑑𝑙𝑒𝑘, 𝑚𝑖𝑛𝑛 ℎ𝑒𝑚𝑚 𝑔̇𝑒𝑤 𝑚𝑎 𝑡𝑜ħ𝑟𝑜𝑔̇𝑥 𝑞𝑎𝑏𝑒𝑙 𝑚𝑎 𝑡𝑘𝑢𝑛 ħ𝑎𝑙𝑙𝑎𝑠𝑡 𝑙-𝑎ħħ𝑎𝑟 𝑡𝑙𝑖𝑒𝑡 ħ𝑎𝑏𝑏𝑖𝑒𝑡.”

Il-kuntest f’dan l-episodju huwa kif wieħed għandu jsolvi kwistjoni fuq din l-art malajr kemm jista’ jkun. Il-kuntest mhuwiex dwar il-ġudizzju finali iżda dwar ir-rabja u r-relazzjonijiet ta’ bejnietna. Ġesù jgħallem li problemi mhux solvuti jistgħu malajr jikbru b’mod esaġerat u jispiċċaw ħażin.
Li kieku l-erwieħ iħallsu d-dejn tagħhom stess, mela dan ikun ifisser li s-sagrifiċċju ta’ Kristu mhux vera ħassar il-kont KOLLU ta’ dnubietna.
——————————————–

🔥

 2 Maccabees 12:45-46 “𝐼𝑧̇𝑑𝑎 𝑏𝑖𝑙𝑙𝑖 ℎ𝑢 𝑔̇𝑖𝑒𝑏 𝑞𝑢𝑑𝑑𝑖𝑒𝑚 𝑔ħ𝑎𝑗𝑛𝑒𝑗ℎ 𝑖𝑙-𝑔̇𝑚𝑖𝑒𝑙 𝑡𝑎𝑙-ħ𝑙𝑎𝑠 𝑙𝑖 ℎ𝑒𝑚𝑚 𝑙𝑒𝑠𝑡 𝑔ħ𝑎𝑙 𝑑𝑎𝑤𝑘 𝑙𝑖 𝑗𝑜𝑟𝑞𝑑𝑢 𝑟-𝑟𝑎𝑞𝑑𝑎 𝑡𝑎𝑙-𝑚𝑒𝑤𝑡 𝑓𝑖𝑙-ħ𝑏𝑖𝑏𝑒𝑟𝑖𝑗𝑎 𝑚𝑎’ 𝐴𝑙𝑙𝑎, 𝑖𝑙-ħ𝑠𝑖𝑒𝑏 𝑡𝑖𝑒𝑔ħ𝑢 𝑘𝑖𝑒𝑛 𝑞𝑎𝑑𝑑𝑖𝑠 𝑢 𝑡𝑤𝑎𝑗𝑗𝑒𝑏. 𝐺ħ𝑎𝑙ℎ𝑒𝑘𝑘 𝑜𝑓𝑓𝑟𝑎 𝑠𝑎𝑔𝑟𝑖𝑓𝑖𝑐̇𝑐̇𝑗𝑢 𝑡𝑎𝑙-𝑝𝑢𝑟𝑖𝑓𝑖𝑘𝑎𝑧𝑧𝑗𝑜𝑛𝑖, 𝑏𝑖𝑒𝑥 𝑖𝑙-𝑚𝑒𝑗𝑡𝑖𝑛 𝑗𝑖𝑛ħ𝑒𝑙𝑠𝑢 𝑚𝑖𝑛𝑛 𝑑𝑛𝑢𝑏ℎ𝑜𝑚.”

X’inhi l-problema meta wieħed jikwota minn ktieb tal-Makkabin?
Dan huwa ktieb apokrifu (jew Dewterokanoniku) u 𝐦𝐚 𝐣𝐢𝐧𝐬𝐭𝐚𝐛𝐱 𝐦𝐚𝐥- 𝐊𝐚𝐧𝐨𝐧𝐢 𝐋𝐡𝐮𝐝𝐢𝐣𝐚. Dawn il-kotba deheru għall-ewwel darba f’ traduzzjoni Griega tat-Testment il-Qadim (magħrufa bħala s-Settanta jew Septuagint LXX) u kienu ddikjarati mill-Kattoliċi Rumani bħala kanoniċi u awtorevoli fl-1546, fil-Konċilju ta’ Trentu.

Jgħid hekk St Jerome: “the Church reads Judith, Tobit, and the books of Maccabees, but does not admit them among the canonical Scriptures.” He says further that they are read “for the edification of the people, not to give authority to the doctrines of the Church.”

Apparti minn hekk, il-ktieb tal-Makkabej ma jippruvax l-eżistenza ta’ purgatorju. Naqraw kif Ġuda l-Makkabi “offra sagrifiċċju tal-purifikazzjoni”, biex suldati Lhud mejtin li kellhom idoli moħbija taħt ħwejjiġhom jinħelsu minn dnubhom. 𝐌𝐞𝐭𝐚 𝐠ħ𝐚𝐦𝐞𝐥 𝐝𝐚𝐧, 𝐆̇𝐮𝐝𝐚 𝐦𝐚 𝐤𝐢𝐞𝐧𝐱 𝐪𝐞𝐝 𝐢𝐬𝐞𝐠𝐰𝐢 𝐥-𝐈𝐬𝐤𝐫𝐢𝐭𝐭𝐮𝐫𝐚 𝐠ħ𝐚𝐱 𝐟𝐨𝐬𝐭 𝐢𝐥-ħ𝐚𝐟𝐧𝐚 𝐩𝐫𝐞𝐜̇𝐞𝐭𝐭𝐢 𝐭𝐚𝐥-𝐋𝐢𝐠̇𝐢 𝐭𝐚’ 𝐌𝐨𝐬𝐞̀, 𝐦𝐚 𝐤𝐢𝐞𝐧 𝐡𝐞𝐦𝐦 𝐥-𝐞𝐛𝐝𝐚 𝐬𝐚𝐠𝐫𝐢𝐟𝐢𝐜̇𝐜̇𝐣𝐮 𝐠ħ𝐚𝐥𝐥-𝐦𝐞𝐣𝐭𝐢𝐧. Se nkunu ġġudikati skond dak li għamilna aħna personali meta konna għadna fil-ġisem (1 Kor 5:10), irrelevanti kemm joffru sagrifiċċċji għalina.
——————————————–

🔥

 1 Korintin 3: 11-15 “𝑃𝑒𝑑𝑎𝑚𝑒𝑛𝑡 𝑖𝑒ħ𝑜𝑟 ħ𝑎𝑑𝑑 𝑚𝑎 𝑗𝑖𝑠𝑡𝑎’ 𝑗𝑞𝑖𝑒𝑔ħ𝑒𝑑 ħ𝑙𝑖𝑒𝑓 𝑑𝑎𝑘 𝑙𝑖 𝑔̇𝑎 𝑡𝑞𝑖𝑒𝑔ħ𝑒𝑑; 𝑢 𝑑𝑎𝑛 ℎ𝑢 𝐺̇𝑒𝑠𝑢̀ 𝐾𝑟𝑖𝑠𝑡𝑢. 𝐽𝑖𝑏𝑛𝑖 𝑥’𝑗𝑖𝑏𝑛𝑖 𝑑𝑎𝑘 𝑙𝑖 𝑗𝑘𝑢𝑛 𝑓𝑢𝑞 𝑑𝑎𝑛 𝑖𝑙-𝑝𝑒𝑑𝑎𝑚𝑒𝑛𝑡 – 𝑑𝑒ℎ𝑒𝑏, 𝑓𝑖𝑑𝑑𝑎, ħ𝑎𝑔̇𝑎𝑟 𝑝𝑟𝑒𝑧𝑧𝑗𝑢𝑧̇, 𝑖𝑛𝑗𝑎𝑚, ħ𝑢𝑥𝑙𝑖𝑒𝑓, 𝑡𝑖𝑏𝑒𝑛 – 𝑖𝑥-𝑥𝑜𝑔ħ𝑜𝑙 𝑡𝑎’ 𝑘𝑢𝑙ħ𝑎𝑑𝑑 𝑔ħ𝑎𝑑 𝑗𝑖𝑑ℎ𝑒𝑟; 𝑖𝑙-𝐽𝑢𝑚 𝑔ħ𝑎𝑑 𝑗𝑢𝑟𝑖ℎ 𝑢 𝑛-𝑛𝑎𝑟 𝑔ħ𝑎𝑑 𝑗𝑖𝑘𝑥𝑓𝑢 𝑢 𝑗𝑖𝑝𝑝𝑟𝑜𝑣𝑎 𝑥’𝑗𝑖𝑠𝑤𝑎 𝑥-𝑥𝑜𝑔ħ𝑜𝑙 𝑡𝑎’ 𝑘𝑢𝑙𝑙 𝑤𝑖𝑒ħ𝑒𝑑. 𝐽𝑒𝑘𝑘 𝑖𝑙-𝑏𝑖𝑛𝑖 𝑙𝑖 𝑤𝑖𝑒ħ𝑒𝑑 𝑖𝑘𝑢𝑛 𝑏𝑒𝑛𝑎 𝑗𝑧̇𝑜𝑚𝑚 𝑠ħ𝑖ħ, 𝑚𝑖𝑛 𝑗𝑎𝑔ħ𝑚𝑙𝑢 𝑗𝑖𝑒ħ𝑢 ħ𝑙𝑎𝑠𝑢; 𝑗𝑒𝑘𝑘 𝑖𝑙-𝑏𝑖𝑛𝑖 𝑗𝑖𝑛ħ𝑎𝑟𝑎𝑞, ħ𝑙𝑎𝑠𝑢 𝑗𝑖𝑡𝑖𝑙𝑓𝑢; 𝑖𝑧̇𝑑𝑎 ℎ𝑢𝑤𝑎 𝑗𝑠𝑎𝑙𝑣𝑎, 𝑖𝑚𝑚𝑎 𝑗𝑘𝑢𝑛 𝑔ħ𝑎𝑑𝑑𝑎 𝑚𝑖𝑛𝑛 𝑔̇𝑜𝑛-𝑛𝑎𝑟.”

Hawnhekk Pawlu qed jitkellem dwar kif l-għemejjel se jkunu ttestjati. Ma jgħid xejn dwar it-tbatija tal-erwieħ. Sempliċement qed jgħallem li f’Jum il-Ġudizzju, l-għemejjel ta’ kull individwu se jiġu ttestjati – “𝑛-𝑛𝑎𝑟 𝑔ħ𝑎𝑑 𝑗𝑖𝑘𝑥𝑓𝑢 𝑢 𝑗𝑖𝑝𝑝𝑟𝑜𝑣𝑎 𝑥’𝑗𝑖𝑠𝑤𝑎 𝑥-𝑥𝑜𝑔ħ𝑜𝑙 𝑡𝑎’ 𝑘𝑢𝑙𝑙 𝑤𝑖𝑒ħ𝑒𝑑.”
Kulħadd se jiġi ġġudikat u ppremjat skond kif ħaqqu.

𝐆̇𝐞𝐬𝐮’ 𝐬𝐚𝐥𝐯𝐚𝐧𝐚 𝐤𝐨𝐦𝐩𝐥𝐞𝐭𝐚𝐦𝐞𝐧𝐭, 𝐦𝐡𝐮𝐱 𝐩𝐚𝐫𝐳𝐣𝐚𝐥𝐦𝐞𝐧𝐭. 

Artikli riċenti

  • Bil-Fidi BISS?
  • 40 Terminu li Bihom Aħna Salvi
  • “Bil-Grazzja intom Salvati”
  • L-Art se Tintemm?
  • Fidi Fietla

Kategoriji

  • Evidenza għal Kristu
  • Ewkaristija
  • Ġenerali
  • Ġesù hu Alla
  • Il-Ktieb ta' Danjel
  • Insibu rwol ta' 'Papa' fil-Bibbja?
  • Islam
  • Jiena Hu
  • Kalviniżmu
  • L-Ispirtu Ssantu u d-Doni Tiegħu
  • Liġi l-Antika
  • Magħmudija
  • Omosesswalita'
  • Parabboli
  • Profeziji fil-Bibbja
  • Purgatorju u Post l-Imwiet
  • Salvazzjoni
  • Satana
  • Sawm
  • Żwieġ, adulterju, divorzju

Vers tal-Bibbja tal-ġurnata

Until now you have not asked for anything in my name. Ask and you will receive, and your joy will be complete.
John 16:24

Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama - Versi u studju tal-Bibbja minn lenti Kristjana.

Għal artikli u lezzjonijiet aktar dettaljati segwi dawn il-websajts:

Knisja ta' Kristu f'Malta
Apologetics Press Topical Bible Studies
Gospel Way

©2026 Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama | Powered by Superb Themes