L-istorja ta’ Fineħas (Phinehas):
Fil-ktieb tan-Numri, Kapitlu 25, naqraw li l-Iżrajeliti rribellaw kontra Alla u għalhekk ħareġ flaġell (plague) qalb l-Iżrajeliti:
“𝐼𝑧̇𝑟𝑎𝑒𝑙 𝑘𝑖𝑒𝑛 𝑞𝑖𝑒𝑔ħ𝑒𝑑 𝑓’𝑆𝑖𝑡𝑡𝑖𝑚, 𝑢 𝑙-𝑝𝑜𝑝𝑙𝑢 𝑡𝑘𝑎𝑠𝑏𝑎𝑟 𝑢 𝑤𝑎𝑞𝑎’ 𝑓𝑖𝑧̇-𝑧̇𝑖𝑛𝑎 𝑚𝑎𝑙-𝑏𝑛𝑖𝑒𝑡 𝑡𝑎’ 𝑀𝑜𝑤𝑎𝑏. 𝐾𝑖𝑒𝑛𝑢 𝑗𝑖𝑠𝑡𝑖𝑑𝑛𝑢ℎ𝑜𝑚 𝑏𝑖𝑒𝑥 𝑗𝑜𝑓𝑓𝑟𝑢 𝑠-𝑠𝑎𝑔𝑟𝑖𝑓𝑖𝑐̇𝑐̇𝑗𝑖 𝑙𝑖𝑙𝑙-𝑎𝑙𝑙𝑎𝑡 𝑡𝑎𝑔ħℎ𝑜𝑚, 𝑢 𝑙-𝑝𝑜𝑝𝑙𝑢 𝑘𝑖𝑒𝑛 𝑗𝑖𝑒𝑘𝑜𝑙, 𝑢 𝑗𝑎𝑑𝑢𝑟𝑎ℎ𝑜𝑚. 𝐿-𝐼𝑧̇𝑟𝑎𝑒𝑙𝑖𝑛 𝑖𝑛𝑡𝑟𝑎𝑏𝑡𝑢 𝑚𝑎’ 𝐵𝑎𝑔ħ𝑎𝑙 𝑡𝑎’ 𝑃𝑒𝑔ħ𝑜𝑟, 𝑢 𝑙-𝑘𝑜𝑟𝑙𝑎 𝑡𝑎𝑙-𝑀𝑢𝑙𝑒𝑗 𝑥𝑒𝑔ħ𝑙𝑒𝑡 𝑔ħ𝑎𝑙𝑖ℎ𝑜𝑚.” Numri 25:1-3
L-Iżrajeliti ma kinux permessi jitħalltu ma’ dawn in-nies idolatrużi. Imma Żimri (prinċep ta’ familja mit-tribù ta’ Simgħon) sfida lil Alla u mar ma’ mara Midjana mit-tribu idolatruż b’mod pubbliku.
Meta ra hekk Fineħas nifidhom it-tnejn flimkien, lir-raġel Iżraelit u l-mara Midjana, u l-flaġell waqaf minn fost ulied Iżrael.
Hawnhekk, Alla għamel il-Patt Saċerdotali ma’ Fineħas. (Aron ħu Mose’, huwa n-nannu ta’ dan Fineħas). F’dan il-patt Alla jgħid li Fineħas u dixxendenti tiegħu kellhom iservu ta’ saċerdoti għal Iżrael.
