Il-patt il-ġdid huwa l-wegħda li lil dawk li jemmnu u jobdu jinħafrulhom dnubiethom u jiżdiedu mal-familja t’Alla, mal-Knisja, mal-ġisem ta’ Kristu, u hekk tingħata l-grazzja tal-ħajja ta’ dejjem.
Kien permezz tad-demm li xerred Ġesu’ li aħna qegħdin taħt il-Patt il-Ġdid.
“Liġijiet miktuba f’qalbna” tissinifka trasformazzjoni permezz tal-Patt il-Ġdid, fejn il-liġi ta’ Alla mhix biss regola esterna imma prinċipju profond ta’ mħabba u ubbidjenza li l-Ispirtu ta’ Alla ikabbar fil-Kristjan, xewqa biex jogħġob lil Alla u jħobb lil oħrajn.
Il-liġijiet li darba kienu miktuba fuq il-ġebel (10 Kmandamenti), huma mibdula f’liġi miktuba fil-qlub u fl-imħuħ tal-Kristjani, sewwasew kif ħabbar il-profeta Ġeremija.
Din it-trasformazzjoni interna mhix kisba umana imma x-xogħol dirett tal-Ispirtu Qaddis fil-ħajja tal-Kristjan, li jwassal għall-natura ġdida b’xewqat ġodda.
Irid ukoll ikun hemm motivazzjoni għall-ubbidjenza. 𝐏𝐣𝐮𝐭𝐭𝐨𝐬𝐭 𝐦𝐢𝐥𝐥𝐢 𝐣𝐤𝐮𝐧 𝐢𝐦𝐦𝐨𝐭𝐢𝐯𝐚𝐭 𝐛𝐢𝐥-𝐛𝐢𝐳̇𝐚̀ 𝐭𝐚’ 𝐤𝐚𝐬𝐭𝐢𝐠 𝐣𝐞𝐰 𝐬𝐟𝐨𝐫𝐳 𝐥𝐞𝐠𝐚𝐥𝐢𝐬𝐭𝐢𝐤𝐮 𝐛𝐢𝐞𝐱 𝐣𝐚𝐪𝐥𝐚’ 𝐬-𝐬𝐚𝐥𝐯𝐚𝐳𝐳𝐣𝐨𝐧𝐢, 𝐊𝐫𝐢𝐬𝐭𝐣𝐚𝐧 𝐡𝐮𝐰𝐚 𝐦𝐦𝐨𝐭𝐢𝐯𝐚𝐭 𝐛𝐥-𝐢𝐦ħ𝐚𝐛𝐛𝐚 𝐮 𝐠𝐫𝐚𝐭𝐢𝐭𝐮𝐝𝐧𝐢 𝐠ħ𝐚𝐥𝐥-𝐠𝐫𝐚𝐳𝐳𝐣𝐚 𝐭𝐚’ 𝐀𝐥𝐥𝐚 𝐟𝐢 𝐊𝐫𝐢𝐬𝐭𝐮 𝐆̇𝐞𝐬𝐮’.
