Irridu aħna nobdu lil Alla b’mod perfett sabiex huwa jħobbna?
Le, il-Bibbja tgħid li Hu ħabbna fl-agħar tagħna.
“𝐼𝑧̇𝑑𝑎 𝐴𝑙𝑙𝑎 𝑤𝑟𝑖𝑒𝑛𝑎 𝑙-𝑖𝑚ħ𝑎𝑏𝑏𝑎 𝑡𝑖𝑒𝑔ħ𝑢 𝑚𝑒𝑡𝑎 𝐾𝑟𝑖𝑠𝑡𝑢 𝑚𝑖𝑒𝑡 𝑔ħ𝑎𝑙𝑖𝑛𝑎, 𝑎ħ𝑛𝑎 𝑙𝑖 𝑘𝑜𝑛𝑛𝑎 𝑔ħ𝑎𝑑𝑛𝑎 𝑚𝑖𝑑𝑖𝑛𝑏𝑖𝑛” Rum 5:8
𝐈𝐌𝐌𝐀
Li tħobb ma jfissirx li taċċetta kull imġieba.
Ġenitur jista’ “jħobb wisq” lil ibnu imma ma jkunx kuntent bil-mod ta’ ħajja li dan jgħix. Imma xorta l-imħabba tikkawża lill-ġenitur biex ikompli jittama għall-bidla fil-ħajja tal-iben/bint mitlufa.
L-imħabba hija bla kondizzjoni imma titlob tibdil fil-ħsieb tal-iben/bint.
L-imħabba ma taċċettax lill-iben fi mġieba ribelluża. Il-missier fil-parabbola tal-iben il-ħali qatt ma waqaf iħobb lil ibnu, imma kien hemm relazzjoni miksura bejniethom.
Ubbidjenza perfetta ma kinetx ir-raġuni għaliex Hu ħabb lil ibnu.
Hu ħabb lil ibnu waqt li hu kien għadu midneb bit-tama li ibnu jirrealizza l-iżball tiegħu u jirritorna għat-triq it-tajba. Hekk ukoll Alla jixtieq li l-midneb jistenbaħ u jdur lura lejH sabiex ikollu l-ħajja ta’ dejjem.
.
.
.
“𝑀ℎ𝑢𝑥 𝑔ħ𝑎𝑥 𝑗𝑖𝑑𝑑𝑎𝑤𝑤𝑎𝑟 𝑖𝑙-𝑀𝑢𝑙𝑒𝑗 𝑙𝑖 𝑗𝑡𝑒𝑚𝑚 𝑖𝑙-𝑤𝑒𝑔ħ𝑑𝑖𝑒𝑡 𝑡𝑖𝑒𝑔ħ𝑢, 𝑘𝑖𝑓 𝑗𝑎ħ𝑠𝑏𝑢 𝑥𝑖 𝑤ħ𝑢𝑑, 𝑖𝑚𝑚𝑎 𝑞𝑖𝑒𝑔ħ𝑒𝑑 𝑗𝑖𝑠𝑡𝑎𝑏𝑎𝑟 𝑏𝑖𝑘𝑜𝑚 𝑔ħ𝑎𝑥 𝑚𝑎 𝑗𝑟𝑖𝑑𝑥 𝑙𝑖 𝑥𝑖 ħ𝑎𝑑𝑑 𝑗𝑖𝑛𝑡𝑖𝑙𝑒𝑓, 𝑖𝑚𝑚𝑎 𝑙𝑖 𝒌𝒖𝒍ħ𝒂𝒅𝒅 𝑗𝑒𝑟𝑠𝑎𝑞 𝑔ħ𝑎𝑙𝑙-𝑖𝑛𝑑𝑖𝑒𝑚𝑎.” 2 Pt 3:9
