Menu
Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama
  • Home
  • Kategoriji
  • Videos
  • Midja soċjali
Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama

Il-Parabbola tal-Għalqa u l-Bdiewa

Posted on by

Fl-imgħoddi Alla bagħat lil profeti imma n-nies ma semgħux. Imbagħad bagħat lil ibnu imma l-poplu qatluH xorta waħda.

Jitkellem dwar dan Ġesu’ fil-parabbola tal-Għalqa u l-Bdiewa:

“Isimgħu parabbola oħra: Kien hemm wieħed, sid ta’ għalqa, u ħawwilha bid-dwieli; tellgħalha ħajt tas-sejjieħ madwarha, ħaffer magħsar fiha, u bnielha torri; u qabbilha lil xi bdiewa. U siefer f’art oħra.

Meta wasal żmien il-frott, bagħat il-qaddejja tiegħu għand dawk il-bdiewa biex jiġbrulu l-frott li kien imissu. Iżda l-bdiewa qabdu lill-qaddejja, u lil wieħed sawtuh, lil ieħor qatluh, u lil ieħor ħaġġruh.

Reġa’ bagħtilhom qaddejja oħra, aktar minn qabel, u għamlulhom l-istess. Fl-aħħar bagħtilhom lil ibnu. ‘Minn ibni jistħu,’ qal. Iżda kif raw lil ibnu l-bdiewa bdew jgħidu bejniethom, ‘Ara l-werriet! Ejjew noqtluh, biex il-wirt tiegħu niħduh aħna.’ Qabduh, xeħtuh ’il barra mill-għalqa u qatluh.

Issa sid l-għalqa x’jagħmlilhom lil dawk il-bdiewa meta jiġi?” Qalulu: “Jeqridhom bla ħniena, ta’ ħżiena li huma, u l-għalqa jqabbilha lil bdiewa oħra li jroddulu l-frott fi żmienu.”

Qalilhom Ġesù: “Qatt ma qrajtu fl-Iskrittura li

‘Il-ġebla li warrbu l-bennejja

saret il-ġebla tax-xewka;

bis-saħħa tal-Mulej seħħ dan:

ħaġa tal-għaġeb f’għajnejna’?

Għalhekk ngħidilkom li s-Saltna ta’ Alla tittieħed mingħandkom u tingħata lil ġens li jagħmel il-frott minnha. U min jaqa’ fuq din il-ġebla jitfarrak, u fuq min taqa’ tgħaffġu taħtha!”

Meta semgħu l-parabboli tiegħu l-qassisin il-kbar u l-Fariżej fehmu li hu kien qiegħed jgħid għalihom. Huma riedu kieku jaqbduh taħt idejhom, imma beżgħu min-nies, għax kulħadd kien iżommu bi profeta.”

Mattew 21:33-46

Artikli riċenti

  • Kalviniżmu
  • TULIP – Total Depravity
  • TULIP – Unconditional Election
  • Jilqa’ lil kulħadd
  • Iħenn għal min irid

Kategoriji

  • Ewkaristija
  • Ġenerali
  • Ġesù hu Alla
  • Il-Ktieb ta' Danjel
  • Insibu rwol ta' 'Papa' fil-Bibbja?
  • Kalviniżmu
  • l-Ispirtu Ssantu
  • Liġi l-Antika
  • Magħmudija
  • Parabboli
  • Profeziji fil-Bibbja
  • Salvazzjoni
  • Wara l-mewt fiżikali
  • żgħażagħ

Vers tal-Bibbja tal-ġurnata

Give proper recognition to those widows who are really in need.
1 Timothy 5:3

Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama - Versi u studju tal-Bibbja minn lenti Kristjana.

Għal artikli u lezzjonijiet aktar dettaljati segwi dawn il-websajts:

Knisja ta' Kristu f'Malta
Apologetics Press Topical Bible Studies
Gospel Way

©2026 Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama | Powered by Superb Themes