Menu
Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama
  • Home
  • Kategoriji
  • Videos
  • Midja soċjali
Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama

Il-Koran kien irrivelat minn Alla?

Posted on by

L-iskop tagħna hu li nivverifikaw liema ktieb ġie verament mingħand Alla.

Jekk inħarsu lejn il-messaġġ mingħand profeti Bibbliċi, ninnutaw li l-messaġġ dejjem kien sabiex il-poplu jindem, iwarrab l-idolatrija, iwarrab iż-żina, u jdur lura lejn Alla.

Minn naħa l-oħra ninnutaw li wħud mir-revelazzjonijiet li rċieva Muhammed kienu ‘self-serving’:

⪼ Minkejja li irġiel Musulmani huma permessi jkollhom sa 4 nisa’, Muhammad jgħid li hu ingħata privileġġ speċjali biex jiżżewweġ iktar minn 4. Barra minn hekk hu jgħid li kellu permess speċjali sabiex ma jkunx obbligat li jqatta’ ħin indaqs ma’ kull waħda minn nisa’ tiegħu, bħal ma kienu mistennija jagħmlu rġiel oħra Musulmani. Infatti, Aisha (waħda minn nisa’ ta’ Muhammad) tikkummenta hekk wara li Muhammad kellu dir-rivelazzjoni: “I feel that your Lord hastens in fulfilling your wishes and desires.” (Sahih al-Bukhari 4788)…..

⪼ Muhammad kellu ġibda lejn Zaynab, mara li kienet miżżewġa lill-iben addottiv tiegħu Zayd. Zayd iddivorzja lil martu Zaynab. Sa dak iż-żmien kien projbit li wieħed jiżżewweġ lil ex-mara ta’ xi ħadd minn uliedu/ulied addottivi. Imma, kumbinazzjoni, Muhammad jirċievi rivelazzjoni li tgħid li jekk tiżżewweġ ex-mara ta’ iben adottiv, ma jkunx meqjus bħala dnub (Surah Al-Ahzab 33:37)……

⪼ Fit-tieġ ta’ Muhammad ma’ din Zaynab, kien hemm xi mistiedna li damu fil-festin. Muhammad xejn ma’ ħa gost li dawn baqgħu hemm, peress li kien għadu kif iżżewweġ mara ġdida, u kumbinazzjoni irċieva rivelazzjoni propju biex tgħid lil dawn il-mistednin jitilqu:

“A lilkom li temmnu,

tidħlux djar il-profeta,

ħlief jekk ikollkom il-permess għall-ikel,

bla ma toqgħodu tistennew il-ħin.

Iżd’idħlu meta tkunu mistednin,

𝐮 𝐡𝐞𝐤𝐤 𝐤𝐢𝐟 𝐭𝐢𝐞𝐤𝐥𝐮 𝐭𝐟𝐞𝐫𝐫𝐱𝐮,

𝐮 𝐥𝐚 𝐭𝐟𝐢𝐭𝐭𝐱𝐮𝐱 𝐢𝐥-𝐰𝐞𝐧𝐬 𝐟’ħ𝐚𝐟𝐧𝐚 𝐭𝐚ħ𝐝𝐢𝐭.

𝐆ħ𝐚𝐱, 𝐚𝐫𝐚, 𝐝𝐚𝐧 𝐢𝐝𝐞𝐣𝐣𝐚𝐪 𝐥𝐢𝐥𝐥-𝐩𝐫𝐨𝐟𝐞𝐭𝐚,

𝐮 𝐡𝐮𝐰𝐚 𝐣𝐢𝐬𝐭ħ𝐢 𝐦𝐢𝐧𝐧𝐤𝐨𝐦.

𝐈𝐳̇𝐝’ 𝐀𝐥𝐥𝐚 𝐦𝐚 𝐣𝐢𝐬𝐭ħ𝐢𝐱 𝐦𝐢𝐥𝐥-𝐯𝐞𝐫𝐢𝐭𝐚’…

Mhux sew li ddejqu lill-mibgħut ta’ Alla,

u lanqas li warajh tiżżewġu ‘l żwieġu:

dan ma jkun qatt!

Dak huwa quddiem Alla għemil kbir!”

(Surah Al-Ahzab 33:53)

.

.

.

Kienu dawn ir-revelazzjonijiet minn Alla? Jew mill-bniedem?

Artikli riċenti

  • Il-Magħmudija
  • Bil-Fidi BISS?
  • 40 Terminu li Bihom Aħna Salvi
  • “Bil-Grazzja intom Salvati”
  • L-Art se Tintemm?

Kategoriji

  • Evidenza għal Kristu
  • Ewkaristija
  • Ġenerali
  • Ġesù hu Alla
  • Il-Ktieb ta' Danjel
  • Insibu rwol ta' 'Papa' fil-Bibbja?
  • Islam
  • Jiena Hu
  • Kalviniżmu
  • L-Ispirtu Ssantu u d-Doni Tiegħu
  • Liġi l-Antika
  • Magħmudija
  • Omosesswalita'
  • Parabboli
  • Profeziji fil-Bibbja
  • Purgatorju u Post l-Imwiet
  • Salvazzjoni
  • Satana
  • Sawm
  • Uncategorized
  • Żwieġ, adulterju, divorzju

Vers tal-Bibbja tal-ġurnata

My dear brothers and sisters, take note of this: Everyone should be quick to listen, slow to speak and slow to become angry.
James 1:19

Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama - Versi u studju tal-Bibbja minn lenti Kristjana.

Għal artikli u lezzjonijiet aktar dettaljati segwi dawn il-websajts:

Knisja ta' Kristu f'Malta
Apologetics Press Topical Bible Studies
Gospel Way

©2026 Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama | Powered by Superb Themes