Skond il-Koran, meta n-nies staqsew lil Muhammad għal xi miraklu, dan dejjem irrifjuta:
“U jgħidu: “Fuq dan ma jitniżżilx sinjal m’għand Sidu?”
Għid: “Alla jista’ jniżżel xi sinjal,
U l-biċċa l-kbira minnhom ma jafux.” (6:37)
U jgħidu:
“Għax fuqu ma jinżlux għeliem (signs) minn Sidu?”
Għid: “Il-għeliem għand Alla,
Jien biss widdieb bid-dieher.”
Għalihom mhux biżżejjed illi fuqek
niżżilna l-ktieb li qiegħed jixxandrilhom?
F’dak tabilħaqq hemm ħniena u hemm fakar
Għal nies li jemmnu.” (29:50–51)
Musulmani jemmnu li l-miraklu fl-Islam huwa l-ktieb (tal-Quran) innifsu. Jgħidulek li kellu jkun miraklu sabiex bniedem illitterat ipproduċa u mmemorizza ktieb bħall-Koran.
Żewġ punti:
1) Muhammed ma kitibx il-Koran hu stess. Qabbad skribi. Kien sempliċiment jiddettalhom x’jiktbu. Li kieku bniedem illitterat kiteb ktieb hu stess, kieku kien ikun xi ħaġa kbira. Pero’ mhux il-każ.
2) Li timmemorizza xi ħaġa bl-amment, minna nfisha ma turix li dik kellha spirazzjoni divina. Hawn ħafna nies li mmemorizzaw volumi sħaħ bl-amment, speċjalment f’kulturi tal-qedem.
Imma anke’ skond sorsi Iżlamiċi, Muhammad mhux dejjem ftakar perfettament dak li kien ħabbar hu stess. (Sahih al-Bukhari 5037)
Madanakollu tajjeb li nsemmu wkoll li fil-Hadith (mhux fil-Quran), li nkiteb mijiet ta’ snin wara l-mewt ta’ Muhammed, jisemmew ‘mirakli’ bħal qsim tal-qamar minn nofs.
Il-Quran sempliċiment jgħid hekk: “Qorbot is-siegħa u xxaqqaq il-qamar”. Ma jgħidx li Muhammad innifsu xaqqaq il-qamar. Dan id-dettal tniżżel bil-miktub fis-sena ~846WK (madwar 200 sena 𝐖𝐀𝐑𝐀 l-mewt ta’ Muhammad), fis-‘Sahih al-Bukhari’ (mhux parti mill-Quran). Infatti hemm studjużi Iżlamiċi li jaffermaw li l-frażi ‘xxaqqaq il-qamar’ hija sempliċiment metafora.
.
.
.
Importanti li nsemmu wkoll pero’ li Ġesu’ wissa li warajH se jkun hemm min jagħmel sinjali li f’għajnejn il-bniedem jidhru konvinċenti, imma fil-verita’ ma jkunux ġejjin minn Alla:
“𝑔ħ𝑎𝑑 𝑖𝑞𝑢𝑚𝑢 ħ𝑎𝑓𝑛𝑎 𝑚𝑒𝑠𝑠𝑖𝑗𝑖𝑒𝑡 𝑓𝑜𝑙𝑜𝑧 𝑢 𝑝𝑟𝑜𝑓𝑒𝑡𝑖 𝑓𝑜𝑙𝑜𝑧, 𝑢 𝑗𝑖𝑏𝑑𝑒𝑤 𝑗𝑎𝑔ħ𝑚𝑙𝑢 𝑠𝑖𝑛𝑗𝑎𝑙𝑖 𝑘𝑏𝑎𝑟 𝑢 𝑔ħ𝑒𝑔̇𝑢𝑏𝑖𝑗𝑖𝑒𝑡 𝑏𝑖𝑒𝑥 𝑖𝑞𝑎𝑟𝑟𝑞𝑢, 𝑗𝑒𝑘𝑘 𝑗𝑖𝑠𝑡𝑎’ 𝑗𝑘𝑢𝑛, 𝑖𝑚𝑞𝑎𝑟 𝑏𝑖𝑙-𝑚𝑎ħ𝑡𝑢𝑟𝑖𝑛.” Mt 24:24
