Nafu li x-Xitan jista’ jpoġġi xewqat ġo fina. Xogħol ix-xitan huwa li jattakka r-ruħ tal-bniedem billi jinganna jew iħajjar lil nies biex jikkommettu d-dnub.
Kif jinstema’ l-leħen tal-għadu?
Jixbaħ ħafna lil dik il-vuċi personali li tħajjarna nagħmlu affarijiet mhux xierqa.
Naqraw li waqt l-aħħar ċena “𝐼𝑥-𝑋𝑖𝑡𝑎𝑛 𝑘𝑖𝑒𝑛 𝑔̇𝑎 𝑤𝑒𝑏𝑏𝑒𝑙 𝑙𝑖𝑙 𝐺̇𝑢𝑑𝑎 𝑡𝑎’ 𝑋𝑚𝑢𝑛 𝑙-𝐼𝑠𝑘𝑎𝑟𝑗𝑜𝑡𝑎 𝑢 𝑑𝑎ħħ𝑎𝑙𝑙𝑢 𝑓’𝑟𝑎𝑠𝑢 𝑙𝑖 𝑗𝑖𝑡𝑡𝑟𝑎𝑑𝑖ℎ.” Ġwanni 13:2
Ġuda kien persuna diżonesta. Naqraw kif kien jisraq mill-flus tad-dixxipli. Ix-Xitan kompla jħajru għall-ħażen, ħajru biex jitradixxi lil Ġesu’.
Ġuda waqa’.
Propju bħall-ewwel dnub, dak ta’ Adam u Eva, l-istorja tibqa’ tirrepeti ruħha:
Ix-Xitan iwebbel. Il-bniedem li ma jkunx liebes l-armatura ta’ Kristu, jaqa’.
Jekk Satana ttanta anke’ lil Kristu, f’dawk l- 40 jum fid-deżert, kemm iktar se jattakka lilna?
