X’jgħid il-Koran dwar il-Bibbja u t-Torah? Huma kotba affidabbli jew le?
⌯⌲ Il-Koran jgħid li t-Torah u l-Evanġelju huma kotba spirati minn Alla u jafferma l-awtorità tagħhom:
“U bgħatna fuq arthom
lil Ġesu’ bin Marija;
dan wettaq it-Torah li kienet qablu.
U tajnieh il-Vanġelu,
li fih tmexxija u dawl;
dan wettaq it-Torah li kienet qablu.
tmexxija u twiddiba għan-nies twajba.” (Surah 5:46)
Il-Koran ma jtina l-ebda ħjiel li Muhammad kien jemmen li l-Bibbja ġiet ‘corrupted’.
⌯⌲ Muhammad jikkundanna lil min jemmen partijiet biss mit-Torah. Muhammad isostni li għandhom iħarsu t-Torah 𝐤𝐨𝐥𝐥𝐡𝐚 mhux partijiet minnu:
“Jewilla temmnu f’𝐛𝐢𝐜̇𝐜̇𝐚 𝐛𝐢𝐬𝐬 mill-ktieb,
waqt li fil-biċċa l-oħra ma temmnux?” (Surah 2:85)
⌯⌲ Muhammad jgħid li jekk il-Lhud għandhom it-Torah, għandhom jikkonsultaw ma’ dan il-ktieb, u mhux jistaqsu lilu għal parir.
“Imm’ għala jiġu għandek għas-sentenza,
met’ 𝐠ħ𝐚𝐧𝐝𝐡𝐨𝐦 𝐢𝐭-𝐓𝐨𝐫𝐚𝐡 𝐛𝐢𝐥-𝐋𝐢𝐠̇𝐢 𝐭’𝐀𝐥𝐥𝐚?” (Surah 5:46)
⌯⌲ Muhammed ukoll jgħid li Kristjani għandhom jimxu skond dak li hemm imniżżel fil-Vanġelu. Min ma jagħmilx hekk ikun midneb.
“Ħa jagħmlu, mela, ħ𝐚𝐪𝐪 𝐧𝐢𝐞𝐬 𝐢𝐥-𝐕𝐚𝐧𝐠̇𝐞𝐥𝐮
𝐬𝐤𝐨𝐧𝐝 𝐝𝐚𝐤 𝐥𝐢 𝐀𝐥𝐥𝐚 𝐠ħ𝐨𝐠̇𝐛𝐮 𝐣𝐧𝐢𝐳̇𝐳̇𝐞𝐥 𝐟𝐢𝐡.
U min ma jagħmilx ħaqq
skond dak li niżżel Alla;
dawk huma n-nies midinba.” (Surah 5:47)
“U kieku żammew sħiħ kemm mat-Torah,
u hekkda mal-Vanġelu,
u dak li tniżżel lejhom mingħand Sidhom,
dawn kienu jieklu sew minn dak ta’ fuqhom..” (Surah 5:69)
⌯⌲ Mhux hekk biss, skond Muhammed, hu stess kellu jikkonsulta mat-tagħlim tal-Bibbja jekk ikollu xi dubju dwar ir-revelazzjonijiet li allegatament kien qed jirċievi:
“Jekk int għandek xi dubju dwar li niżżilna fuqek,
staqsi lil dawk li qablek qraw il-ktieb.” (Surah 10:94)
𝐇𝐚𝐰𝐧𝐡𝐞𝐤𝐤 𝐭𝐢𝐝ħ𝐨𝐥 𝐢𝐝-𝐝𝐢𝐥𝐞𝐦𝐦𝐚 𝐈𝐬𝐥𝐚𝐦𝐢𝐤𝐚:
Jekk il-Koran jikkonferma li l-Bibbja huwa ktieb irrivelat mingħand Alla u jikkonferma wkoll l-awtorità ta’ dal-ktieb, kif allura jikkontradixxi d-duttrini ċentrali tagħha?
Jekk inhu minnu li l-Bibbja huwa ktieb falz (jew ġie ‘corrupted’) kif isostnu nies ta’ twemmin Islamiku, mela l-Koran huwa wkoll ktieb falz, għax qed jiggwida lin-nies biex jimxu ma’ ktieb ‘falz’ (Il-Bibbja).
𝐈𝐦𝐦𝐚 𝐣𝐞𝐤𝐤 𝐢𝐥-𝐁𝐢𝐛𝐛𝐣𝐚 𝐡𝐢𝐣𝐚 𝐥-𝐤𝐞𝐥𝐦𝐚 𝐭’𝐀𝐥𝐥𝐚, 𝐬𝐞𝐰𝐰𝐚𝐬𝐞𝐰 𝐤𝐢𝐟 𝐣𝐠ħ𝐢𝐝 𝐢𝐥-𝐊𝐨𝐫𝐚𝐧, 𝐦𝐞𝐥𝐚 𝐥-𝐊𝐨𝐫𝐚𝐧 𝐡𝐮𝐰𝐚 𝐟𝐚𝐥𝐳 𝐩𝐞𝐫𝐞𝐬𝐬 𝐥𝐢 𝐣𝐢𝐤𝐤𝐨𝐧𝐭𝐫𝐚𝐝𝐢𝐱𝐱𝐢 𝐥𝐢𝐥𝐥-𝐁𝐢𝐛𝐛𝐣𝐚 𝐟𝐮𝐪 𝐝𝐢𝐯𝐞𝐫𝐬𝐢 𝐝𝐮𝐭𝐭𝐫𝐢𝐧𝐢 𝐜̇𝐞𝐧𝐭𝐫𝐚𝐥𝐢, 𝐛ħ𝐚𝐝-𝐝𝐢𝐯𝐢𝐧𝐢𝐭𝐚’ 𝐭𝐚’ 𝐊𝐫𝐢𝐬𝐭𝐮 𝐮 𝐥-𝐪𝐚𝐰𝐦𝐢𝐞𝐧 𝐦𝐢𝐥𝐥-𝐦𝐞𝐰𝐭
