Menu
Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama
  • Home
  • Kategoriji
  • Videos
  • Midja soċjali
Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama

Huwa minnu li l-anġlu Gabriel deher lil Muhammad?

Posted on by

Min iħaddan twemmin partikolari għandu jkun jaf ukoll dwar reliġjonijiet oħra, sabiex ikun fiż-żgur jekk dak li jemmen hux ‘the right one’.

Kif wasal għandna l-messaġġ tal-Bibbja?

Kif wasal għandna l-messaġġ misjub fil-Koran?

Liema minnhom għandu l-ikbar kredibilità?

Fis-sena 610WK, Muhammad kien mar waħdu ġo għar biex iqim lil Allah. Hemmhekk jingħad li kellu dehera mingħand l-anġlu Jibril (Gabrijel). Dan uża ton agressiv, sabiex iġiegħel lil Muhammad ‘jaqra’.

Hawnhekk ġew irrevelati l-ewwel 5 versi li eventwalment għamlu parti mill-Koran. Wara dan l-episodju wasal id-dar imriegħed u fetaħ qalbu ma’ martu Khadija. Il-kuġin tagħha, Waraqah ibn Nawfal, qallu li dak li ra kien anġlu li deher lil profeti qablu.

Il-kumplament tar-‘rivelazzjonijiet’ li jinstabu fil-Koran ġew irrevelati matul it-23 sena ta’ wara dan l-episodju f’ lokalitajiet varji. Muhammad ma kitibx il-Koran hu stess peress li kien illitterat, iżda ddetta r-rivelazzjonijiet li rċieva lil grupp ta’ skribi. Dawn il-kitbiet eventwalment ġew miġbura f’volum wieħed wara mewtu.

It-tagħlim misjub fil-Bibbja, minn naħa l-oħra ġie miktub minn madwar 40 persuna differenti fuq medda ta’ 1500 sena, minn 3 kontinenti differenti.

In-narraturi jwasslu l-istess messaġġ.

Żgur li ma nsibu l-ebda ktieb ieħor bħalu!

.

.

.

Iwissina Pawlu: “𝐼𝑚𝑚𝑎 𝑚𝑞𝑎𝑟 𝑗𝑒𝑘𝑘 𝑎ħ𝑛𝑎 𝑠𝑡𝑒𝑠𝑠 𝑗𝑒𝑤 𝒂𝒏𝒈̇𝒍𝒖 𝒎𝒊𝒔-𝒔𝒆𝒎𝒂 𝑗ħ𝑎𝑏𝑏𝑟𝑖𝑙𝑘𝑜𝑚 𝐸𝑣𝑎𝑛𝑔̇𝑒𝑙𝑗𝑢 𝑖𝑒ħ𝑜𝑟 𝑙𝑖 𝑚ℎ𝑢𝑤𝑖𝑒𝑥 𝑑𝑎𝑘 𝑙𝑖 ħ𝑎𝑏𝑏𝑎𝑟𝑛𝑖𝑒𝑙𝑘𝑜𝑚 𝑎ħ𝑛𝑎, 𝑖𝑘𝑢𝑛 𝑚𝑖𝑠ħ𝑢𝑡” Gal 1:8

u

“𝑺𝒂𝒕𝒂𝒏𝒂 𝒔𝒕𝒆𝒔𝒔 𝒋𝒊𝒕𝒃𝒊𝒅𝒅𝒆𝒍 𝒇’𝒂𝒏𝒈̇𝒍𝒖 𝒕𝒂𝒅-𝒅𝒂𝒘𝒍” 2 Kor 11:14

Artikli riċenti

  • Bil-Fidi BISS?
  • 40 Terminu li Bihom Aħna Salvi
  • “Bil-Grazzja intom Salvati”
  • L-Art se Tintemm?
  • Fidi Fietla

Kategoriji

  • Evidenza għal Kristu
  • Ewkaristija
  • Ġenerali
  • Ġesù hu Alla
  • Il-Ktieb ta' Danjel
  • Insibu rwol ta' 'Papa' fil-Bibbja?
  • Islam
  • Jiena Hu
  • Kalviniżmu
  • L-Ispirtu Ssantu u d-Doni Tiegħu
  • Liġi l-Antika
  • Magħmudija
  • Omosesswalita'
  • Parabboli
  • Profeziji fil-Bibbja
  • Purgatorju u Post l-Imwiet
  • Salvazzjoni
  • Satana
  • Sawm
  • Żwieġ, adulterju, divorzju

Vers tal-Bibbja tal-ġurnata

Until now you have not asked for anything in my name. Ask and you will receive, and your joy will be complete.
John 16:24

Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama - Versi u studju tal-Bibbja minn lenti Kristjana.

Għal artikli u lezzjonijiet aktar dettaljati segwi dawn il-websajts:

Knisja ta' Kristu f'Malta
Apologetics Press Topical Bible Studies
Gospel Way

©2026 Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama | Powered by Superb Themes