Fil-Knisja ta’ Korintu kien hemm kwistjoni fuq id-doni mirakulużi. Pawlu ifhiem dwar x’inhu l-aktar importanti:
Jgħidilhom kieku kellu d-don tal-profezijja u kien jaf il-misteri kollha u l-għerf kollu imma ma jkollux imħabba ikun kollu ta għal xejn.
L-istess ħaġa jekk ikollok fidi TANT kbira li tqanqal il-muntanji, imma m’għandekx imħabba, huwa kollu ta’ xejn.
Rigward il-vers dwar l-ilsna: qiegħed Pawlu jirreferi għal lingwi ineżistenti meta jsemmi lingwa tal-anġli, (bħal ma naraw madwarna f’ċertu komunitajiet)?
Pawlu qed jerġa juża metafora, esaġerazzzjoni: lanqas jekk titkellem b’liema lingwa titkellem, lanqas jekk tkun lingwa tal-anġli, jekk ma jkollokx l-imħabba ma kien ikun jiswa għal xejn.
Qed jesaġera biex ifhiem li kbir kemm hu kbir id-don li għandek, huwa kollu ghalxejn, jekk ma jkollokx imħabba.
