Fil-ktieb tal-Apokalissi nsibu twissija kontra fidi nofs qalb, fidi fietla, fejn dawk li jemmnu la huma impenjati għalkollox (sħan) u lanqas kompletament diżingaġġati (kesħin), iżda huma komdi b’fidi superfiċjali.
Dan iwassal lil Ġesù biex jgħid li se “jobżoqhom minn ġo ħalqu”.
Kif tkun fidi fietla?
– traskuraġni tat-talb u nuqqas ta’ passjoni għal Alla
– il-fokus ikun aktar fuq affarijiet tad-dinja (passatempi, aċċettazzjoni soċjali, oġġetti materjali) u jieħdu prijorità fuq relazzjoni profonda ma’ Kristu
– talb ta’ rutina jew attendenza mal-kumplament tal-knisja ‘għax hekk ir-rutina’
– nuqqas ta’ xewqa profonda għall-Kelma tiegħU jew għal tkabbir spiritwali
– fidi li ma tipproduċix frott jew ma tħallix impatt fuq id-dinja
𝐄𝐣𝐣𝐞𝐰 𝐧𝐚𝐠ħ𝐭𝐮 𝐛𝐢𝐬-𝐬ħ𝐢ħ 𝐢𝐥-ħ𝐢𝐧, 𝐢𝐭-𝐭𝐚𝐥𝐞𝐧𝐭𝐢 𝐮 𝐭-𝐭𝐞𝐳̇𝐨𝐫𝐢 𝐭𝐚𝐠ħ𝐧𝐚 𝐠ħ𝐚𝐥 𝐀𝐥𝐥𝐚.
𝐄𝐣𝐣𝐞𝐰 𝐧𝐨𝐫𝐣𝐞𝐧𝐭𝐚𝐰 𝐪𝐚𝐥𝐛𝐧𝐚 ’𝐢𝐥 𝐛𝐨𝐠ħ𝐨𝐝 𝐦𝐢𝐥𝐥-𝐨𝐬𝐬𝐞𝐬𝐬𝐣𝐨𝐧𝐢𝐣𝐢𝐞𝐭 𝐭𝐚𝐝-𝐝𝐢𝐧𝐣𝐚 𝐮 𝐥𝐮𝐫𝐚 𝐥𝐞𝐣𝐧 𝐀𝐥𝐥𝐚.
