Menu
Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama
  • Home
  • Kategoriji
  • Videos
  • Midja soċjali
Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama

Fejn se mmorru la mmutu?

Posted on by

Fi kliem sempliċi, jeżisti ‘Post l-Imwiet’ jew ‘Xeol’ kif kien imsejjaħ fit-testment l-antik. It-tajbin ikunu n-naħa tal-Ġenna u l-ħżiena jkunu n-naħa ta’ Tartarus.
Imbgħad, fit-tieni miġja ta’ Ġesu se jsir il-Ġudizzju.
– It-tajbin imorru fis-smewwiet.
– Il-ħżiena jmorru Gehenna – l-infern.

𝑀𝑎𝑡𝑡𝑒𝑤 25:31-46 “Meta jiġi Bin il-bniedem fil-glorja tiegħu u bl-anġli kollha miegħu, imbagħad joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu. U quddiemu jinġabru l-ġnus kollha, u hu jifridhom minn xulxin, bħalma r-ragħaj jifred in-nagħaġ mill-mogħoż: in-nagħaġ iqegħedhom fuq il-lemin tiegħu u l-mogħoż fuq ix-xellug. Imbagħad is-Sultan jgħid lil dawk ta’ fuq il-lemin tiegħu, ‘𝐄𝐣𝐣𝐞𝐰, imberkin minn Missieri, ħudu b’wirt tagħkom is-Saltna li tħejjiet għalikom sa mill-ħolqien tad-dinja.

Għax jien kont bil-ġuħ u tmajtuni, kont bil-għatx u sqejtuni, kont barrani u lqajtuni, kont għeri u libbistuni, kont marid u ġejtu tarawni, kont fil-ħabs u ġejtu żżuruni.’

Imbagħad iweġbuh il-ġusti, ‘Mulej’, jgħidulu, ‘meta rajniek bil-ġuħ u tmajniek, jew bil-għatx u sqejniek? Meta rajniek barrani u lqajniek, jew għeri u libbisniek? Meta rajniek marid jew fil-ħabs u ġejna nżuruk?’

U s-Sultan iweġibhom u jgħid, ‘Tassew, ngħidilkom, kulma għamiltu ma’ wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi.’

Imbagħad jgħid ukoll lil dawk ta’ fuq ix-xellug, ‘𝐌𝐨𝐫𝐫𝐮 minn quddiemi, misħutin, fin-nar ta’ dejjem li tħejja għax-xitan u għall-anġli tiegħu.
Għax jien kont bil-ġuħ u ma tmajtunix, kont bil-għatx u ma sqejtunix, kont barrani u ma lqajtunix, kont għeri u ma libbistunix, kont marid u fil-ħabs u ma ġejtux iżżuruni!

Imbagħad huma wkoll iweġbuh, ‘Mulej,’ jgħidulu, ‘meta rajniek bil-ġuħ, jew bil-għatx, jew barrani, jew għeri, jew marid, jew fil-ħabs, u aħna ma waqafniex miegħek?’
Iweġibhom imbagħad u jgħidilhom, ‘Tassew, ngħidilkom, dak li ma għamiltux ma’ wieħed minn dawk iż-żgħar, anqas miegħi ma għamiltuh.’
𝐔 𝐝𝐚𝐰𝐧 𝐢𝐦𝐨𝐫𝐫𝐮 𝐟𝐢𝐭-𝐭𝐛𝐚𝐭𝐢𝐣𝐚 𝐭𝐚’ 𝐝𝐞𝐣𝐣𝐞𝐦 𝐮 𝐥-𝐠̇𝐮𝐬𝐭𝐢 𝐟𝐢𝐥-ħ𝐚𝐣𝐣𝐚 𝐭𝐚’ 𝐝𝐞𝐣𝐣𝐞𝐦.”
.
.
.
𝐴𝑡𝑡𝑖 17:31 “Għax hu għażel jum li fih għandu jagħmel ħaqq ġust mid-dinja permezz ta’ bniedem li ħatru hu; u ta’ dan kollu ta prova quddiem kulħadd billi lilu qajmu mill-imwiet.”
.
.
.
𝑅𝑒𝑣 20:11-15 “Rajt imbagħad tron kbir abjad u ’l dak li hu bilqiegħda fuqu. L-art u s-sema ħarbu minn quddiemu, bla ma nstab post għalihom. U rajt il-mejtin, kbar u żgħar, quddiem it-tron. U nfetħu l-kotba. Infetaħ ukoll ktieb ieħor, dak tal-ħajja. Imbagħad il-mejtin sar ħaqq minnhom fuq l-għemejjel tagħhom, skont ma kienu mniżżla fil-kotba.

Il-baħar radd lura l-mejtin li kien hemm ġo fih, u hekk ukoll il-Mewt u l-Qiegħ tal-art raddew lura l-mejtin li kien hemm ġo fihom, u kull wieħed minnhom sar ħaqq minnu fuq l-għemejjel tiegħu. Imbagħad il-Mewt u Post il-Mejtin ġew mixħuta fil-𝐛𝐞𝐥𝐥𝐢𝐞𝐠ħ𝐚 𝐭𝐚𝐧-𝐧𝐚𝐫 – 𝐝𝐢𝐧 𝐥-𝐠ħ𝐚𝐝𝐢𝐫𝐚 𝐭𝐚𝐧-𝐧𝐚𝐫 𝐡𝐢𝐣𝐚 𝐭-𝐭𝐢𝐞𝐧𝐢 𝐦𝐞𝐰𝐭.

Hekk ukoll min ma nstabx imniżżel fil-ktieb tal-ħajja, kien mixħut fil-belliegħa tan-nar.”

  • ġenna
  • infern
  • mewt
  • smewwiet
  • Artikli riċenti

    • Kalviniżmu
    • TULIP – Total Depravity
    • TULIP – Unconditional Election
    • Jilqa’ lil kulħadd
    • Iħenn għal min irid

    Kategoriji

    • Ewkaristija
    • Ġenerali
    • Ġesù hu Alla
    • Il-Ktieb ta' Danjel
    • Insibu rwol ta' 'Papa' fil-Bibbja?
    • Kalviniżmu
    • l-Ispirtu Ssantu
    • Liġi l-Antika
    • Magħmudija
    • Parabboli
    • Profeziji fil-Bibbja
    • Salvazzjoni
    • Wara l-mewt fiżikali
    • żgħażagħ

    Vers tal-Bibbja tal-ġurnata

    Give proper recognition to those widows who are really in need.
    1 Timothy 5:3

    Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama - Versi u studju tal-Bibbja minn lenti Kristjana.

    Għal artikli u lezzjonijiet aktar dettaljati segwi dawn il-websajts:

    Knisja ta' Kristu f'Malta
    Apologetics Press Topical Bible Studies
    Gospel Way

    ©2026 Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama | Powered by Superb Themes