Menu
Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama
  • Home
  • Kategoriji
  • Videos
  • Midja soċjali
Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama

Eżilju Babiloniż ta’ 70 sena – kif imħabbar mill-profeta Ġeremija

Posted on by

Ġeremija kien ħabbar li l-Lhud se jdumu fl-eżilju għal 70 sena u wara jmorru lura lejn arthom: “𝐺ħ𝑎𝑥 𝑑𝑎𝑛 𝑗𝑔ħ𝑖𝑑 𝑖𝑙-𝑀𝑢𝑙𝑒𝑗: ‘𝑀𝑎𝑙𝑙𝑖 𝑗𝑔ħ𝑎𝑑𝑑𝑢 𝑠-𝒔𝒆𝒃𝒈ħ𝒊𝒏 𝒔𝒆𝒏𝒂 𝑚𝑖𝑛𝑛 𝑓𝑢𝑞 𝐵𝑎𝑏𝑖𝑙𝑜𝑛𝑗𝑎, 𝑗𝑖𝑒𝑛 𝑖𝑛𝑧̇𝑢𝑟𝑘𝑜𝑚 𝑢 𝑛𝑡𝑒𝑚𝑚 𝑖𝑙-𝑤𝑒𝑔ħ𝑑𝑎 𝑡-𝑡𝑎𝑗𝑏𝑎 𝑙𝑖 𝑟𝑟𝑒𝑔̇𝑔̇𝑎𝑔ħ𝑘𝑜𝑚 𝑙𝑢𝑟𝑎 𝑙𝑒𝑗𝑛 𝑑𝑎𝑛 𝑖𝑙-𝑝𝑜𝑠𝑡.” Ġeremija 29:10

+

Danjel Kapitlu 6

Posted on by

L-istorja ta’ Danjel u l-iljuni tgħallimna dwar fedeltà u fiduċja f’Alla, anke meta ffaċċjati minn persekuzzjoni u liġijiet tad-dinja. Bħal Danjel, il-qima tagħna għandha tkun biss lejn Alla.

+

Il-profeta Isaija jħabbar li l-Babilonja se tkun megħluba mill-Medi 200 sena qabel

Posted on by

L-Imperu Babilonjan kien l-aktar stat b’saħħtu fid-dinja tal-qedem f’madwar is-6 seklu QK. Pero’, profeti ħabbru l-waqgħa tal-Babilonja snin qabel dan seħħ. Apparti l-viżjoni ta’ Danjel (fejn ra 4 bhejjem ħerġin mill-ilma) u l-ħolma tar-re Nabukodonosor (dwar l-istatwa magħmula minn 4 materjali differenti), naqraw li anke Isaija u Ġeremija ħabbru dwar il-waqgħa tal-Babilonja: “𝑂𝑟𝑎𝑘𝑙𝑢 𝑓𝑢𝑞 𝐵𝑎𝑏𝑖𝑙𝑜𝑛𝑗𝑎….

+

Danjel Kapitlu 5 – Il-Babilonja megħluba

Posted on by

Danjel Kapitlu 5 jispiċċa bil-qtil tas-sultan Babiloniż Beltassar. Ir-rakkont dwar kif il-Medo-Persjani rebħu lill-Babilonja huwa wieħed ferm interessanti: Il-Babilonja kellha swar għoljin u massivi. Kittieba tal-qedem iddeskrivew swar li kienu twal 14-il mil fuq l-erba’ naħat tal-belt u li laħqu għoli ta’ aktar minn 300 pied. Iżda s-sur ma kienx l-unika forma ta’ difiża. Ix-xmara…

+

Danjel Kapitlu 5

Posted on by

Meta tfeġġ il-kitba fuq il-ħajt, waqt festin tas-sultan Babiloniż Beltassar, Danjel jissejjaħ biex jispjega dak li kien hemm miktub. Spjega li kien wasal it-tmiem tas-saltna tal-Babilonja, peress li meta ntiżnet fil-miżien, instabet nieqsa fil-piż (b’mod metaforiku). Dan il-lejl stess Is-sultan tal-Babilonja kien maqtul u s-saltna għaddiet għal għand il-Medi u l-Persjani, propju kif kien imħabbar…

+

Alessandru mpresjonat

Posted on by

Il-profeziji li jinstabu fil-Bibbja jkomplu juruna kemm il-Bibbja huwa verament ktieb ispirat, frott ta’ ħidma sopranaturali, u li ta min joqgħod fuqu. Josephus (kittieb storiku, imma mhux ispirat) jikteb li meta Alessandru l-Kbir (sultan Grieg) daħal Ġerusalemm, intlaqa’ mill-qassis il-kbir. Il-qassis il-kbir urieħ il-ktieb ta’ Danjel, fejn madwar 200 sena qabel kienet inkitbet il-profezija li…

+

Danjel Kapitlu 8

Posted on by

Fil-ktieb ta’ Danjel insibu diversi profeziji, fejn avvenimenti storiċi huma mħabbra b’preċiżjoni mijiet ta’ snin qabel dawn seħħu. Waħda minnhom hija dik misjuba f’ Kapitlu 8 tal-ktieb ta’ Danjel: Danjel jara muntun b’żewġ iqrun. L-anġlu Gabriel ifhiem lil Danjel li: “𝐼𝑧̇-𝑧̇𝑒𝑤𝑔̇𝑡 𝑖𝑞𝑟𝑢𝑛 𝑡𝑎𝑙-𝑚𝑢𝑛𝑡𝑢𝑛 𝑙𝑖 𝑟𝑎𝑗𝑡 ℎ𝑢𝑚𝑎 𝑠-𝑠𝑙𝑎𝑡𝑒𝑛 𝑡𝑎𝑙-𝑀𝑒𝑑𝑗𝑎 𝑢 𝑙-𝑃𝑒𝑟𝑠𝑗𝑎”. Dan 8:20 Jara wkoll bodbod:…

+

Danjel Kapitlu 7

Posted on by

Il-Ktieb ta’ Danjel ma jinstabx f’ordni kronoloġika, minħabba li s-sezzjonijiet li nkitbu bl-Aramajk inżammu wara xulxin. Kapitlu 7 u 8 huma l-Kapitli li seħħew wara Kapitlu 4. Kapitlu 7 imur id f’id ma’ Kapitlu 2. F’dan il-kapitlu jintuża lingwaġġ apokalittiku – jintużaw simboli biex jiddeskrivu avvenimenti katastrofiċi. Fil-ħolma, Danjel jara 4 bhejjem ħerġin mill-ilma: 𝐛𝐡𝐢𝐦𝐚…

+

Ġesu’ jikkwota mill-ktieb ta’ Danjel

Posted on by

Meta lil Ġesu’ ressquh quddiem Kajfa, Ġesu’ jikkwota mill-viżjoni ta’ Danjel f’Kapitlu 7, versi 13 u 14 biex ifissrilhom li Hu kien il-Messijja li jaqraw fuqu f’dan il-ktieb li tant kienu familjari miegħu il-Lhud. Naqraw dan l-episodju f’Mattew 26:63-65: “𝑖𝑙-𝑞𝑎𝑠𝑠𝑖𝑠 𝑖𝑙-𝑘𝑏𝑖𝑟 𝑞𝑎𝑏𝑎𝑑 𝑢 𝑞𝑎𝑙𝑙𝑢: “𝐴ħ𝑙𝑖𝑓𝑙𝑖 𝑓𝑢𝑞 𝐴𝑙𝑙𝑎 𝑙-ħ𝑎𝑗 𝑢 𝑔ħ𝑖𝑑𝑖𝑙𝑛𝑎 𝑗𝑒𝑘𝑘 𝑖𝑛𝑡𝑖𝑥 𝑖𝑙-𝑀𝑒𝑠𝑠𝑖𝑗𝑎, 𝐵𝑖𝑛 𝐴𝑙𝑙𝑎.”…

+

Danjel Kapitlu 4

Posted on by

Is-sultan Nabukodonosor kellu ħolma oħra: Ħolom b’siġra li kellha weraq sabiħ u kienet tagħmel ħafna frott. Din kibret u ssaħħet tant li laħqet is-sema. Danjel spjega li s-siġra tirrapreżenta lis-sultan Nabukodonosor. Ra wkoll għassies li niżel mis-sema’ u ta ordni biex is-siġra titqaċċat. L-għassies iħabbar li qalb is-sultan mhux se tibqa’ bħal ta’ bniedem, imma…

+
  • Previous
  • 1
  • …
  • 6
  • 7
  • 8
  • 9
  • 10
  • 11
  • Next

Artikli riċenti

  • Kalviniżmu
  • TULIP – Total Depravity
  • TULIP – Unconditional Election
  • Jilqa’ lil kulħadd
  • Iħenn għal min irid

Kategoriji

  • Ewkaristija
  • Ġenerali
  • Ġesù hu Alla
  • Il-Ktieb ta' Danjel
  • Insibu rwol ta' 'Papa' fil-Bibbja?
  • Kalviniżmu
  • l-Ispirtu Ssantu
  • Liġi l-Antika
  • Magħmudija
  • Parabboli
  • Profeziji fil-Bibbja
  • Salvazzjoni
  • Wara l-mewt fiżikali
  • żgħażagħ

Vers tal-Bibbja tal-ġurnata

Give proper recognition to those widows who are really in need.
1 Timothy 5:3

Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama - Versi u studju tal-Bibbja minn lenti Kristjana.

Għal artikli u lezzjonijiet aktar dettaljati segwi dawn il-websajts:

Knisja ta' Kristu f'Malta
Apologetics Press Topical Bible Studies
Gospel Way

©2026 Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama | Powered by Superb Themes