Il-patt Davidiku naqraw dwaru fit-2 Samwel Kapitlu 7. Permezz tal-profeta Natan Alla jwiegħed lil David li:
– se jagħmlu isem kbir (David għadu jissemma’ sal-ġurnata tal-llum)
– jafferma l-art għall-Lhud
– dixxendent tiegħu (Ġesu’) kien se jsaltan għal dejjem
Dan kien patt bla kundizzjonijiet. Alla ma stenna xejn lura mingħand David jew familtu. Għalhekk, għalkemm Salamun tilef it-triq it-tajba (dar għall-idolatrija, kellu 300 mara u 700 konkubina), Alla żamm il-wegħda tiegħu u l-patt twettaq f’Ġesu’.
Ma ninsewx li s-Saltna ta’ Ġesu’ twaqqfet f’Pentekoste u hija waħda spiritwali.
