🌟 [11] Illum, fil-belt ta’ David, twildilkom Salvatur, li hu l-Messija, il-Mulej. (LUQA 2:11)
🌟 [10] Għax Bin il-bniedem ġie jfittex u jsalva l-mitluf.” (LUQA 19:10)
🌟 [15] Din hija kelma ta’ min jemminha u jilqagħha għalkollox: li Kristu Ġesù ġie fid-dinja biex isalva l-midinbin; u fosthom, lili l-ewwel wieħed. (1 TIMOTJU 1:15)
🌟 [21] Hi se jkollha iben, u inti ssemmih Ġesù, għax hu jsalva l-poplu tiegħu minn dnubiethom.” (MATTEW 1:21)
🌟 [12] F’ħadd ħliefu ma hemm salvazzjoni, għax imkien taħt is-sema ma hemm isem ieħor mogħti lill-bnedmin li bih aħna għandna nkunu salvi.” ( ATTI TAL-APPOSTLI 4:12)
🌟 [14] Aħna rajna, u nagħtu xhieda, li l-Missier bagħat lil Ibnu s-Salvatur tad-dinja. (1 ĠWANNI 4:14)
🌟 [23] għax ir-raġel hu ras il-mara, bħalma Kristu hu ras il-Knisja, is-salvatur tal-Ġisem tiegħu. (EFESIN 5:23)