Menu
Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama
  • Home
  • Kategoriji
  • Videos
  • Midja soċjali
Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama

Għandna nibqgħu inħarsu l-Liġi l-Antika?

Posted on by

Ġesu kien Lhudi.

Bħala Lhudi kien iħares il-jum tas-Sibt (Sabbath), l-festi Lhud u l-kumplament tal-liġi ta’ Mose’.

Imma jfisser dan li aħna għandna l-istess obbligu li nħarsu dawn kollha?

Ġesu’ jgħid: “La taħsbux li ġejt biex neqred il-liġi, jew il-Profeti; jien ma ġejtx biex neqred, 𝐢𝐳̇𝐝𝐚 𝐛𝐢𝐞𝐱 𝐢𝐧𝐰𝐞𝐭𝐭𝐚𝐪.” Mt 5:17
“Do not think that I have come to abolish the Law or the Prophets; I have not come to abolish them but 𝐭𝐨 𝐟𝐮𝐥𝐟𝐢𝐥𝐥 𝐭𝐡𝐞𝐦.” Mt 5:17

L-intenzjoni ta’ Ġesu kienet biex jissodisfa/jwettaq (to fulfill) il-liġi u l-profezijji.

Il-liġi nnifisha kienet “qaddisa u l-kmandament hu qaddis, ġust u tajjeb.” Rum 7:12.
Il-problema hija aħna, nies umani. Ħadd minna ma kien kapaċi jħares il-liġi b’mod perfett. Għalhekk Ġesu’ twieled taħt il-Liġi (Galatin 4:4) biex ikun jista’ jobdi ir-rikjesti kollha tagħha b’mod perfett minflokna.

“Kristu fdiena mis-saħta tal-Liġi” (Galatin 3:13)

‘𝐓𝐡𝐞 𝐥𝐚𝐰𝐦𝐚𝐤𝐞𝐫 𝐛𝐞𝐜𝐚𝐦𝐞 𝐭𝐡𝐞 𝐥𝐚𝐰𝐤𝐞𝐞𝐩𝐞𝐫 𝐚𝐧𝐝 𝐭𝐡𝐞𝐧 𝐝𝐢𝐞𝐝 𝐟𝐨𝐫 𝐥𝐚𝐰𝐛𝐫𝐞𝐚𝐤𝐞𝐫𝐬.’

Il-Liġi kollha ta’ Mose m’għadiex tgħodd għalina l-Kristjani (apparti dawk repetuti fit-Testment il-Ġdid) għax Ġesu wettaqha (He has fulfilled the Law). Flokha Ġesu’ waqqaf Patt Ġdid li kien għadu mhux fis-seħħ sal-mewt tiegħu’.
Lhud 9:16-17 “Fejn ikun hemm testment, ikun jeħtieġ li tixxandar il-mewt ta’ min għamlu. Għax testment jibda jgħodd wara l-mewt, u ebda saħħa ma jkollu sakemm dak li jkun għamlu jibqa’ ħaj.”

Rum 6:14 “m’intomx tgħixu taħt il-Liġi, imma taħt il-grazzja.”

Gal 3:23-25 “Imma qabel ma ġiet il-fidi, aħna konna miżmumin taħt il-ħarsien tal-liġi, magħluqin għall-fidi li kellha tkun rivelata. Il-liġi, mela, 𝐤𝐢𝐞𝐧𝐞𝐭 𝐢𝐥-𝐠𝐰𝐢𝐝𝐚 𝐭𝐚𝐠ħ𝐧𝐚 𝐬𝐚𝐤𝐞𝐦𝐦 𝐊𝐫𝐢𝐬𝐭𝐮 𝐠̇𝐢𝐞, biex inkunu ġġustifikati permezz tal-fidi. Issa li l-fidi ġiet, 𝐦𝐚 𝐧𝐞ħ𝐭𝐢𝐠̇𝐮𝐱 𝐚𝐤𝐭𝐚𝐫 𝐦𝐢𝐧 𝐢𝐦𝐞𝐱𝐱𝐢𝐧𝐚.
“But before faith came, we were kept under the law, shut up unto the faith which should afterwards be revealed. Wherefore 𝐭𝐡𝐞 𝐥𝐚𝐰 𝐰𝐚𝐬 𝐨𝐮𝐫 𝐬𝐜𝐡𝐨𝐨𝐥𝐦𝐚𝐬𝐭𝐞𝐫 𝐭𝐨 𝐛𝐫𝐢𝐧𝐠 𝐮𝐬 𝐮𝐧𝐭𝐨 𝐂𝐡𝐫𝐢𝐬𝐭, that we might be justified by faith. But after that faith is come, 𝐰𝐞 𝐚𝐫𝐞 𝐧𝐨 𝐥𝐨𝐧𝐠𝐞𝐫 𝐮𝐧𝐝𝐞𝐫 𝐚 𝐬𝐜𝐡𝐨𝐨𝐥𝐦𝐚𝐬𝐭𝐞𝐫.”

Il-gwida kienet il-liġi.

Vers 25 jgħid ċar li m’aħniex aktar taħt il-gwida, m’aħniex aktar taħt il-liġi. 

Artikli riċenti

  • Kalviniżmu
  • TULIP – Total Depravity
  • TULIP – Unconditional Election
  • Jilqa’ lil kulħadd
  • Iħenn għal min irid

Kategoriji

  • Ewkaristija
  • Ġenerali
  • Ġesù hu Alla
  • Il-Ktieb ta' Danjel
  • Insibu rwol ta' 'Papa' fil-Bibbja?
  • Kalviniżmu
  • l-Ispirtu Ssantu
  • Liġi l-Antika
  • Magħmudija
  • Parabboli
  • Profeziji fil-Bibbja
  • Salvazzjoni
  • Wara l-mewt fiżikali
  • żgħażagħ

Vers tal-Bibbja tal-ġurnata

Give proper recognition to those widows who are really in need.
1 Timothy 5:3

Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama - Versi u studju tal-Bibbja minn lenti Kristjana.

Għal artikli u lezzjonijiet aktar dettaljati segwi dawn il-websajts:

Knisja ta' Kristu f'Malta
Apologetics Press Topical Bible Studies
Gospel Way

©2026 Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama | Powered by Superb Themes