Fi żmien Ġesu’ kien hemm stennija kbira għall-messija. Danjel kien profetizza li minn meta toħroġ il-kelma biex terġa tinbena Ġerusalemm sa ma jiġi l-Kristu (l-midluk) kellhom jgħaddu 69 heptads (69x7yrs = 483years).
F’nofs l-aħħar ‘ġimgħa’ (in the middle of the 70th week), kellhom jieqfu s-sagrifiċċji li tant kienu familjari magħhom il-Lhud. Naraw li Ġesu’, bl-offerta tiegħu innifsu, temm il-bżonn ta’ iktar sagrifiċċji.
Is-’70 ġimgħa’ jispiċċaw bit-tħaġġir ta’ Stiefnu. Ħafna Lhud m’aċċettawx lil Ġesu’, minkejja s-sinjali kollha li għamel. Naraw kif il-vanġelu dar għal għand il-Ġentili. Pawlu ingħata propju din il-kariga. Jgħid: “𝑙𝑖𝑙𝑖 𝑘𝑖𝑒𝑛 𝑓𝑑𝑎𝑡 𝑖𝑥-𝑥𝑎𝑛𝑑𝑖𝑟 𝑡𝑎𝑙-𝐸𝑣𝑎𝑛𝑔̇𝑒𝑙𝑗𝑢 𝑓𝑜𝑠𝑡 𝑖𝑙-𝐺̇𝑒𝑛𝑡𝑖𝑙𝑖 𝑏ħ𝑎𝑙𝑚𝑎 𝑘𝑖𝑒𝑛 𝑙𝑖𝑙 𝑃𝑖𝑒𝑡𝑟𝑢 𝑓𝑜𝑠𝑡 𝑖𝑙-𝐿ℎ𝑢𝑑.” Gal 2:7
.
.
Insibu diversi verżjonijiet oħra dwar it-tifsira tal-profezija tas-70 ġimgħa ta’ Danjel. Hemm studjużi oħra li jemmnu li s-“70 heptads” ma jsarrfux għal literralment 490 sena. Jemmnu li l-heptads jistgħu jkunu separati b’perjodi ta’ ġrajjiet oħra, u għalhekk mhumiex suġġetti għall-kalkulazzjoni matematika kontinwa jew suċċessiva.
Pero’ l-konklużjoni tkun li l-profezija ta’ Danjel twettqet f’ Ġesu’ – 𝐢𝐥-𝐤𝐚𝐫𝐚𝐭𝐭𝐫𝐮 𝐩𝐫𝐢𝐧𝐜̇𝐢𝐩𝐚𝐥𝐢 𝐟𝐥-𝐢𝐬𝐭𝐨𝐫𝐣𝐚 𝐭𝐚𝐥-𝐁𝐢𝐛𝐛𝐣𝐚.
