Kienet ‘fair’ li Ġakobb ħa l-barka li suppost kienet ta’ ħuh Għesaw?
Naqraw dan id-dettal f’Ġenesi Kap 24 vers 29-34:
“𝐺ħ𝑒𝑠𝑎𝑤 𝑑𝑎ħ𝑎𝑙 𝑔ħ𝑎𝑗𝑗𝑖𝑒𝑛 𝑚𝑖𝑟-𝑟𝑎𝑏𝑎’. 𝑈 𝐺ħ𝑒𝑠𝑎𝑤 𝑞𝑎𝑙 𝑙𝑖𝑙 𝐺̇𝑎𝑘𝑜𝑏𝑏: “Ħ𝑎𝑙𝑙𝑖𝑛𝑖 𝑛𝑖𝑒𝑘𝑜𝑙.. 𝑔ħ𝑎𝑥 𝑗𝑖𝑒𝑛 𝑔ħ𝑎𝑗𝑗𝑖𝑒𝑛…𝑈 𝐺̇𝑎𝑘𝑜𝑏𝑏 𝑞𝑎𝑙𝑙𝑢: “𝐵𝑒𝑔ħ𝑙𝑖 𝑙𝑙𝑢𝑚 𝑖𝑙-𝑝𝑟𝑖𝑚𝑜𝑔̇𝑒𝑛𝑖𝑡𝑢𝑟𝑎 𝑡𝑖𝑒𝑔ħ𝑒𝑘.” 𝑈 𝐺ħ𝑒𝑠𝑎𝑤 𝑤𝑖𝑒𝑔̇𝑏𝑢: “..𝑋’𝑛𝑎𝑔ħ𝑚𝑒𝑙 𝑏𝑖ℎ𝑎 𝑑𝑖𝑛 𝑖𝑙-𝑝𝑟𝑖𝑚𝑜𝑔̇𝑒𝑛𝑖𝑡𝑢𝑟𝑎?”…𝑢 𝑏’ℎ𝑒𝑘𝑘 𝑏𝑖𝑒𝑔ħ 𝑖𝑙-𝑝𝑟𝑖𝑚𝑜𝑔̇𝑒𝑛𝑖𝑡𝑢𝑟𝑎 𝑙𝑖𝑙 𝐺̇𝑎𝑘𝑜𝑏𝑏. 𝑈 𝐺̇𝑎𝑘𝑜𝑏𝑏 𝑡𝑎 𝑙𝑖𝑙 𝐺ħ𝑒𝑠𝑎𝑤 ħ𝑜𝑏𝑧̇ 𝑢 𝑔ħ𝑎𝑑𝑠…𝑰𝒍-𝒑𝒓𝒊𝒎𝒐𝒈̇𝒆𝒏𝒊𝒕𝒖𝒓𝒂 𝑮ħ𝒆𝒔𝒂𝒘 𝒎𝒂 𝒔𝒕𝒎𝒂𝒉𝒂 𝒙𝒆𝒋𝒏.”
U għalhek Għesaw biegħ mir-rieda tiegħu stess il-primoġenitura lil ħuh Ġakobb għal platt ikel.
Naqraw ukoll:
“𝐾𝑖𝑒𝑛𝑢 𝑔ħ𝑎𝑑ℎ𝑜𝑚 𝑚𝑎 𝑡𝑤𝑒𝑙𝑑𝑢𝑥, 𝑏𝑙𝑎 𝑚𝑎 𝑘𝑖𝑒𝑛𝑢 𝑔ħ𝑎𝑑ℎ𝑜𝑚 𝑔ħ𝑎𝑚𝑙𝑢 𝑥𝑒𝑗𝑛 𝑙𝑎 𝑡𝑎𝑗𝑗𝑒𝑏 𝑢 𝑎𝑛𝑞𝑎𝑠 ħ𝑎𝑧̇𝑖𝑛 – 𝑏𝑖𝑒𝑥 𝑖𝑙-𝑝𝑗𝑎𝑛 𝑡𝑎’ 𝑙-𝑔ħ𝑎𝑧̇𝑙𝑎 𝑡𝑎’ 𝐴𝑙𝑙𝑎 𝑗𝑠𝑒ħħ 𝑏𝑖𝑠-𝑠𝑎ħħ𝑎 𝑡𝑎’ 𝐴𝑙𝑙𝑎, 𝑙𝑖 𝑠𝑒𝑗𝑗𝑎ħ, 𝑢 𝑚ℎ𝑢𝑥 𝑏𝑖𝑠-𝑠𝑎ħħ𝑎 𝑡𝑎𝑙-𝑜𝑝𝑟𝑖 – 𝐴𝑙𝑙𝑎 𝑞𝑎𝑙𝑖𝑙ℎ𝑎: “𝐼𝑙-𝑘𝑏𝑖𝑟 𝑖𝑠𝑒𝑟𝑣𝑖 𝑙𝑖𝑧̇-𝑧̇𝑔ħ𝑖𝑟” 𝑘𝑖𝑓 𝑖𝑛ℎ𝑢 𝑚𝑖𝑘𝑡𝑢𝑏 𝑢𝑘𝑜𝑙𝑙: Ħ𝑎𝑏𝑏𝑒𝑗𝑡 𝑙𝑖𝑙 𝐺̇𝑎𝑘𝑜𝑏𝑏 𝑢 𝑏𝑔ħ𝑎𝑑𝑡 𝑙𝑖𝑙 𝐺ħ𝑒𝑠𝑎𝑤.”
Żewġ affarijiet:
1) Alla għal xiex GĦAŻEL lil Ġakobb qabel qas biss kien għamel xejn? Għażlu biex jagħmel xiex? Hawn mhux qed jgħid għas-salvazzjoni. M’għażlux biex isalvah. Għażlu sabiex minnu joħroġ il-poplu tiegħU u l-Messija.
2) Tajjeb ninnutaw kif inhi użata l-kelma ‘mibgħeda’ jew ‘bgħadt’. Fil-Bibbja ġieli tintuża fis-sens ta’ 𝐩𝐫𝐞𝐟𝐞𝐫𝐞𝐧𝐳𝐚. Bħal f’Mt 14:26 “𝑀𝑖𝑛 𝑗𝑖𝑔̇𝑖 𝑔ħ𝑎𝑛𝑑𝑖 𝑚𝑎 𝑗𝑖𝑠𝑡𝑎𝑥 𝑖𝑘𝑢𝑛 𝑑𝑖𝑥𝑥𝑖𝑝𝑙𝑢 𝑡𝑖𝑒𝑔ħ𝑖 𝑗𝑒𝑘𝑘 𝑚𝑎 𝑗𝑜𝑏𝑔ħ𝑜𝑑𝑥 𝑙𝑖𝑙 𝑚𝑖𝑠𝑠𝑖𝑒𝑟𝑢 𝑢 ’𝑙 𝑜𝑚𝑚𝑢”. Hawnhekk ‘tobgħod’ hija użata fis-sens ta ‘tippreferi lil Alla qabel il-familja’, u mhux litteralment turi ‘mibgħeda’ lejhom.
F’Rumani 9, mela naraw kif Alla għoġbu jagħżel lil Ġakobb u mhux lil Esaw, sabiex minnu joħroġ il-Messijja. Hawnhekk Pawlu mhuwiex jitkellem dwar salvazzjoni.
Alla juri li jagħżel lil min irid Hu għall-pjanijiet tiegħu. Bħalma għażel lil Marija biex tkun omm Ġesu’, jew għażel ċertu individwi biex ikunu appostli. Minn naħa l-oħra, il-Bibbja turina li jagħżel li jsalva lil min juri fidi ubbidjenti sal-aħħar.
M’hemmx min hu vantaġġjat jew żvantaġġjat.
