Diska popolari ‘By the Rivers of Babylon’ ħarġet propju minn Salm 137, fejn naraw li meta l-poplu Lhudi (inkluż Danjel) kienu eżiljati lejn il-Babilonja, bkew, huma u jiftakru f’Sijon (Ġerusalemm).
Is-Salm ikompli billi jgħid li l-Babiloniżi talbuhom ikantawlhom għanjiet minn arthom imma l-Lhud warrbu l-instrumenti tagħhom (l-arpi) għax kienu wisq imdejqin biex jagħmlu dan.
Is-salm imbagħad jesprimi wegħda passjonata ta’ tifkira u lealtà lejn Ġerusalemm.
“𝐹’𝑥𝑎𝑡𝑡 𝑖𝑥-𝑥𝑚𝑎𝑗𝑗𝑎𝑟 𝑡𝑎’ 𝐵𝑎𝑏𝑖𝑙𝑜𝑛𝑗𝑎,
ℎ𝑒𝑚𝑚 𝑞𝑔ħ𝑎𝑑𝑛𝑎 𝑏𝑖𝑙𝑞𝑖𝑒𝑔ħ𝑑𝑎 𝑢 𝑏𝑘𝑒𝑗𝑛𝑎,
𝑎ħ𝑛𝑎 𝑢 𝑛𝑖𝑓𝑡𝑎𝑘𝑟𝑢 𝑓’𝑆𝑖𝑗𝑜𝑛.
𝑀𝑎𝑠-𝑠𝑖𝑔̇𝑎𝑟 𝑡𝑎𝑙-𝑙𝑢𝑞 𝑡𝑎𝑔ħℎ𝑎,
𝑑𝑒𝑛𝑑𝑖𝑙𝑛𝑎 𝑐̇-𝑐̇𝑒𝑡𝑟𝑖 (l-arpi) 𝑡𝑎𝑔ħ𝑛𝑎.
𝐺ħ𝑎𝑥 ℎ𝑒𝑚𝑚, 𝑑𝑎𝑤𝑘 𝑙𝑖 𝑖𝑗𝑎𝑠𝑠𝑟𝑢𝑛𝑎,
𝑡𝑎𝑙𝑏𝑢𝑛𝑎 𝑛𝑔ħ𝑎𝑛𝑛𝑢𝑙ℎ𝑜𝑚 𝑥𝑖 𝑔ħ𝑎𝑛𝑗𝑎;
𝑑𝑎𝑤𝑘 𝑙𝑖 ℎ𝑒𝑚𝑚 𝑔ħ𝑎𝑘𝑘𝑠𝑢𝑛𝑎
𝑠𝑡𝑒𝑛𝑛𝑒𝑤 𝑚𝑖𝑛𝑛𝑎 𝑔ħ𝑎𝑛𝑎 𝑡𝑎’ 𝑓𝑒𝑟ħ:
“𝐺ħ𝑎𝑛𝑛𝑢𝑙𝑛𝑎 𝑚𝑖𝑙𝑙-𝑔ħ𝑎𝑛𝑎 𝑡𝑎’ 𝑆𝑖𝑗𝑜𝑛.”
𝐾𝑖𝑓 𝑛𝑖𝑠𝑡𝑔ħ𝑢 𝑛𝑔ħ𝑎𝑛𝑛𝑢 𝑙-𝑔ħ𝑎𝑛𝑎 𝑡𝑎𝑙-𝑀𝑢𝑙𝑒𝑗
𝑓’𝑎𝑟𝑡 𝑏𝑎𝑟𝑟𝑎𝑛𝑖𝑗𝑎?
𝑇𝑖𝑏𝑏𝑖𝑒𝑠𝑙𝑖 𝑖𝑑𝑖 𝑙-𝑙𝑒𝑚𝑖𝑛𝑖𝑗𝑎,
𝑗𝑒𝑘𝑘 𝑞𝑎𝑡𝑡 𝑛𝑖𝑛𝑠𝑎 𝑙𝑖𝑙𝑒𝑘, 𝐺̇𝑒𝑟𝑢𝑠𝑎𝑙𝑒𝑚𝑚!
𝐽𝑒ħ𝑖𝑙𝑙𝑖 𝑙𝑠𝑖𝑒𝑛𝑖 𝑚𝑎𝑠-𝑠𝑎𝑞𝑎𝑓 𝑡𝑎’ ħ𝑎𝑙𝑞𝑖,
𝑗𝑒𝑘𝑘 𝑚𝑎 𝑛𝑖𝑓𝑡𝑎𝑘𝑎𝑟𝑥 𝑓𝑖𝑘,
𝑗𝑒𝑘𝑘 𝑚𝑎 𝑛𝑧̇𝑜𝑚𝑚𝑥 ’𝑖𝑙 𝐺̇𝑒𝑟𝑢𝑠𝑎𝑙𝑒𝑚𝑚
’𝑖𝑙 𝑓𝑢𝑞 𝑚𝑖𝑛𝑛 𝑘𝑢𝑙𝑙 𝑓𝑒𝑟ħ 𝑡𝑖𝑒𝑔ħ𝑖!”
Salm 137:1-6
