Menu
Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama
  • Home
  • Kategoriji
  • Videos
  • Midja soċjali
Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama

Ġesu huwa l-ġebla

Posted on by

Hekk kien imħabbar mill-profeta Isaija f’ kapitlu 28 vers 16: “Jien inqiegħed fis-sod ġebla f’Sijon, ġebla magħżula u prezzjuża, 𝐠̇𝐞𝐛𝐥𝐚 𝐭𝐚𝐱-𝐱𝐞𝐰𝐤𝐚, msejjsa sewwa, u min jemmen fiha ma jitħarrikx”L-istess naqraw f’Salm 118:22: “Il-ġebla li warrbu l-bennejja saret il- 𝐠̇𝐞𝐛𝐥𝐚 𝐭𝐚𝐱-𝐱𝐞𝐰𝐤𝐚.”…Il-profezija tal-ġebla tax-xewka kienet imwettqa (fulfilled) f’Ġesu: …Mt 21:42 Qalilhom Ġesù: “Qatt ma qrajtu fl-Iskrittura li l-ġebla li warrbu l-bennejja saret il- 𝐠̇𝐞𝐛𝐥𝐚 𝐭𝐚𝐱-𝐱𝐞𝐰𝐤𝐚”L-istess naqraw f’Mark 12:10 u Lq 20:17: ‘Il-ġebla li warrbu l-bennejja saret il- 𝐠̇𝐞𝐛𝐥𝐚 𝐭𝐚𝐱-𝐱𝐞𝐰𝐤𝐚”Jekk kien hemm xi dubju dwar min hu l-ġebla tax-xewka, Atti 4:11 huwa ċarissmu:“dan ġara bis-saħħa tal-isem ta’ 𝑮̇𝒆𝒔𝒖̀ 𝑲𝒓𝒊𝒔𝒕𝒖 𝒕𝒂’ 𝑵𝒂𝒛𝒂𝒓𝒆𝒕, li intom sallabtuh u Alla qajmu mill-imwiet. Din hi ‘il- 𝐠̇𝐞𝐛𝐥𝐚 li intom, il-bennejja, warrabtu u li saret il- 𝐠̇𝐞𝐛𝐥𝐚 𝐭𝐚𝐱-𝐱𝐞𝐰𝐤𝐚.”1 Pietru 2:6–7 U intom ukoll, bħal ġebel ħaj, inbnew f’dar spiritwali, saċerdozju qaddis, biex toffru sagrifiċċji spiritwali li jogħġbu ’l Alla permezz ta’ Ġesù Kristu. Għax hekk hemm miktub fl-Iskrittura: “Jien inqiegħed f’Sijon 𝐠̇𝐞𝐛𝐥𝐚 𝐭𝐚𝐱-𝐱𝐞𝐰𝐤𝐚, magħżula u għażiża; 𝒎𝒊𝒏 𝒋𝒆𝒎𝒎𝒆𝒏 𝒇𝒊𝒉𝒂 𝒎𝒂 𝒋𝒌𝒐𝒍𝒍𝒖𝒙 𝒈ħ𝒂𝒙 𝒋𝒊𝒕ħ𝒂𝒘𝒘𝒂𝒅.”

Jekk inżommu il-fatt li ‘Ġesu huwa l-ġebla tax-xewka’ f’moħħna, jkun eħfef għalina biex nifhmu Mt 16:18 “Fuq din il-blata jiena nibni l-Knisja tiegħi”X’ kienet il-blata?Id-dikjarazzjoni li kien għadu kif għamel Pietru: “Inti l-Messija, Bin Alla l-ħaj.”Ġesu huwa “Ras fuq il-Knisja” Ef 1:22Il-Knisja ta’ Kristu hija mibnija.. “fuq is-sisien ta’ l-appostli u tal-profeti, fejn Kristu hu “𝐥-𝐠̇𝐞𝐛𝐥𝐚 𝐭𝐚𝐱-𝐱𝐞𝐰𝐤𝐚” Ef 2:20Il-Knisja ta’ Kristu hija mibnija propju fuq Kristu… u mhux fuq Pietru.

  • Gesu
  • Artikoli riċenti

    • Ġesu huwa l-ġebla
    • l-Ispirtu Ssantu
    • Why do you call me ‘Lord, Lord,’ and not do what I tell you
    • Ġesù Kristu l-uniku salvatur
    • Id-dinja attwali għaż-żgħażagħ

    Kategoriji

    • Ġenerali
    • Gesu
    • l-Ispirtu Ssantu
    • Magħmudija
    • Salvazzjoni
    • żgħażagħ

    Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama - Versi u studju tal-Bibbja minn lenti Kristjana.

    Għal artikli u lezzjonijiet aktar dettaljati segwi dawn il-websajts:

    Knisja ta' Kristu f'Malta
    Apologetics Press Topical Bible Studies
    Gospel Way

    ©2025 Il-Bibbja Messaġġ ta’ Tama | Powered by Superb Themes