Fl-iskrittura dejjem insibu li adulti biss kienu jiġu mgħammda, u għaliex dan? Il-punt hu li l-magħmudija jrid jagħmilha xi ħadd b’kunsens minn qalbu. Irid ikun jaf x’inhu jagħmel. Irid jemmen, jindem minn dnubietu u jistqarr lil Ġesu bħala l-Mulej tiegħu u jirċievu d-don tal- Ispirtu Qaddis. L-ebda ħaġa minn dawn ma tista tagħmel tarbija. Tarbija titwieled innoċenti, ma tistgħax tidneb minn rajha. Dnub huwa ksur ta’ liġi. Tarbija ma tafx x’inhi liġi.
Ġesu jgħidilna li aħna għandna nsiru bħal trabi u mhux viċi versa. F’ Mark16:16 insibu hekk: “Min jemmen u jitgħammed, isalva”. Li kieku l-magħmudija tapplika għat-trabi konna naqraw hekk: “Kull min jitgħammed isalva u wara jemmen .”
Ukoll, il-magħmudijja ssir b’immersjoni kompluta tal-ġisem fl-ilma. Bdan li l-persuna mietet u qamet mill-ġdid f’ħolqien ġdid ma’ Ġesu biex tilbes lil Ġesu. Mela dan huwa messaġġ ta’ mħabba: Qum u nħasel mid-dnubietek u ilbes lil Sidna Ġesu Kristu u rċievi d-don tal-Ispirtu Ssantu.