Nafu li d-dinja attwali għaż-żgħażagħ hija mimlija aljenazzjoni, divertiment u materjaliżmu. Imma agħmel kuraġġ u ftakar f’Alla fiż-żgħożija tiegħek.
: [9] Thenna, o żagħżugħ, fir-rebbiegħa ta’ ħajtek, u ħa tkun ferħana qalbek f’jiem żgħożitek. Imxi wara t-taħbit ta’ qalbek, u wara l-għaxqa ta’ għajnejk. Iżda kun af li ta’ dan kollu jitolbok kont Alla fil-ħaqq tiegħu. [10] Ħarrab ukoll minn moħħok it-tħassib, u żomm il-ħsara ’l bogħod minn ġismek; għax it-tfulija u ż-żgħożija buffura riħ.
KOĦÈLET 11:9-10
: [1] Ftakar f’min ħalqek f’jiem żgħożitek qabel ma jaslu jiem in-niket, u joqorbu s-snin li tgħid għalihom: “Xejn ma jogħġbuni”;
KOĦÈLET 12:1